Go to content

Tlugħ il-Mulej fis-sema - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
Is-7 Ħadd tal-Għid - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli (1:1-11)

Fl-ewwel rakkont tiegħi, Teofilu, tkellimt fuq dak kollu li Ġesù kien għamel u għallem minn mindu beda sal-jum li fih kien meħud fis-sema, wara li, permezz tal-Ispirtu s-Santu, ta l-ordnijiet tiegħu lill-appostli li hu kien għażel.
Wara l-passjoni tiegħu dehrilhom u tahom ħafna provi li hu ħaj; f’erbgħin jum rawh kemm-il darba u kellimhom fuq il-ħwejjeġ tas-Saltna ta’ Alla. Meta kien għadu magħhom, ordnalhom biex ma jitilqux minn Ġerusalemm, imma joqogħdu jistennew sa ma sseħħ il-wegħda tal-Missier, «li fuqha – qalilhom – smajtu x’kont għedtilkom: Ġwanni għammed bl-ilma, imma intom, fi ftit jiem oħra titgħammdu bl-Ispirtu s-Santu.»
Kif kienu flimkien staqsewh: «Mulej, hu dan iż-żmien li fih int sa terġa’ twaqqaf is-Saltna ta’ Israel?» Hu weġibhom: «Mhijiex biċċa tagħkom li tkunu tafu l-waqt u ż-żmien li l-Missier għażel bis-setgħa tiegħu. Imma meta jiġi fuqkom l-Ispirtu s-Santu, intom tirċievu l-qawwa, u tkunu xhieda tiegħi f’Ġerusalemm, fil-Lhudija kollha u s-Samarija u sa truf l-art.»
Wara li qal dan, huma u jħarsu lejh, kien meħud ’il fuq, u sħaba ħadithulhom minn quddiem għajnejhom. Waqt li kienu b’għajnejhom fis-sema jħarsu lejh sejjer, f’daqqa waħda dehru ħdejhom żewġt irġiel libsin l-abjad, u qalulhom: «Irġiel tal-Galilija, x’intom tħarsu lejn is-sema? Dan Ġesù, li kien meħud minn magħkom lejn is-sema, għad jerġa’ jiġi kif rajtuh sejjer.»
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tielet ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 22 ta’ Mejju: Ferja tal-Għid / Santa Rita minn Cascia, reliġjuża (T). Qari: Atti 19:1-8; Salm 67:2-3.4-5aċ.6-7ab; Ġwanni 16:29-33.
It-Tlieta 23 ta’ Mejju: Ferja tal-Għid. Qari: Atti 20:17-27; Salm 67:10-11.20-21; Ġwanni 17:1-11a.
L-Erbgħa 24 ta’ Mejju: Ferja tal-Għid. Qari: Atti 20:28-38; Salm 67:29-30.33-35a.35b-36ċ; Ġwanni 17:11b-19.
Il-Ħamis 25 ta’ Mejju:  Ferja tal-Għid / San Beda l-Venerabbli, presbiteru u duttur tal-Knisja (T) / San Girgor VII, papa (T) / Santa Marija Maddalena de’ Pazzi (T). Qari: Atti 22:30; 23:6-11; Salm 15:1-2a u 5.7-8.9-10.11; Ġwanni 17:20-26.
Il-Ġimgħa 26 ta’ Mejju: San Filippu Neri, presbiteru (TO). Qari: Atti 25:13b-21; Salm 102:1-2,11-12.19-20ab; Ġwanni 21:15-19.
Is-Sibt 27 ta’ Mejju:  Ferja tal-Għid / Santu Wistin ta’ Canterbury, isqof (T). Qari: Atti 28:6-20.30-31; Salm 10:4.5 u 7; Ġwanni 21:20-25.

TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content