Go to content

L-1 Ħadd Avvent - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
L-1 Ħadd tal-Avvent - Sena Ċ
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Ġeremija (33:14-16)

Ara, għad jiġu jiem – oraklu tal-Mulej – meta nġib fuq dar Israel u dar Ġuda l-ġid li wegħedthom.
F’dawk il-jiem u f’dak iż-żmien intalla’ min-nisel ta’ David rimja tas-sewwa, bniedem li jagħmel il-ġustizzja u s-sewwa fil-pajjiż.
F’dawk il-jiem Ġuda jinħeles u Ġerusalemm tgħammar b’moħħha mistrieħ, u għalhekk isejħulha: Il-Mulej is-sewwa tagħna.
Il-Kelma tal-Mulej.       Irroddu ħajr lil Alla.

IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.

- AUDIO -
- VIDEO GĦAT-TFAL -
Catholic Kids Media /  Djoċesi ta' Għawdex
- VIDEO -
Parroċċa Burmarrad (Patri Allister Aquilina)

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
L-ewwel ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 29 ta’ Novembru: Ferja tal-Avvent. Qari: Isaija 2:1-5; Salm 121:1-9; Mattew 8:5-11.
It-Tlieta 30 ta’ Novembru: Sant’Andrija, Appostlu (F). Qari:  Rumani 10:9-18; Salm 18:2-5; Mattew 4:18-22.
L-Erbgħa 1 ta’ Diċembru: Ferja tal-Avvent. Qari: Isaija 25:6-10; Salm 22:1-6; Mattew 15:29-37.
Il-Ħamis 2 ta’ Diċembru: Ferja tal-Avvent. Qari: Isaija 26:1-6; Salm 117:1.8-9.19-21.25-27; Mattew 7: 21.24-27.
Il-Ġimgħa 3 ta’ Diċembru:  San Franġisk Saverju, Presbiteru (TO). Qari: Isaija 29:17-24; Salm 26: 1.4.13-14; Mattew 9:27-31.
Is-Sibt 4 ta’ Diċembru: Ferja tal-Avvent / San Ġwann Damaxxenu, Presbiteru u Duttur tal-Knisja (T). Qari: Isaija 30:19-21.23-26; Salm 146:1-6; Mattew 9:35-10:1.6-8.

F = Festa; TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur tad-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.

ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content