L-1 Ħadd tal-Avvent - Sena Ċ
ĠESÙ HU DAK LI HU PREŻENTI PER EĊĊELLENZA
Hemm stennijiet li jgħajju, li jbattlu u li jimlew bid-diqa… Imma hemm ukoll stennijiet li jkabbru l-qalb u jwessgħuha u aktar ma jġagħlu lil min jistenna aktar jimlewna bil-ħlewwa u b’sens ta’ preżenza misterjuża. Għalina, eżempju ta’ din l-istennija kien «il-miġja» tal-iben il-kbir tagħna li ħabat mal-Avvent liturġiku. L-istennijia tiegħu kienet tagħlima kbira fuq kif ngħixu dan iż-żmien. Kull jum li għadda fl-istennija, flok ma kilinna qlubna, fejjaqhielna; flok dallmitilna l-ħarsa, dawlitha; flok għajjitilna x-xewqa, qawwithielna. Għaliex? Għax hu, binna, ma kienx nieqes, imma kien preżenti u kien jonqos biss li naraw wiċċu… U hekk hi l-istennija tal-Miġja ta’ Ġesù. Ġesù hu dak li hu Preżenti per eċċellenza. Hu magħna sa tmiem id-dinja. Nagħrfu li Ġesù hu diġà preżenti, anki jekk din il-preżenza għadha tistenna li tidher fis-sħuħija tagħha. Nistennewh li jċarrat il-velijiet taż-żmien biex jiddu għajnejna u tħabbat qalbna aktar bil-qawwi meta jidher. Ejja, Mulej Ġesù!