Go to content

It-3 Ħadd tar-Randan - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
It-3 Ħadd tar-Randan - Sena Ċ
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Eżodu (3:1-8a.13-15)

F’dak iż-żmien, Mosè kien jirgħa l-merħla ta’ ħatnu Ġetru, qassis ta’ Midjan, u ħa l-merħla ’l hemm fid-deżert, u wasal sa ħdejn Ħoreb, il-muntanja ta’ Alla.
Hawn deherlu l-anġlu tal-Mulej f’ħuġġieġa nar qalb l-għollieq. Mosè ħares u ra l-għollieq jaqbad bin-nar bla ma jintemm.
Mosè qal: «Ħa nersaq u nara din id-dehra tal-għaġeb: għala mhux jinħaraq l-għollieq?» Il-Mulej rah riesaq biex jara, u Alla sejjaħlu minn qalb l-għollieq u qallu: «Mosè, Mosè!» U Mosè wieġeb: «Hawn jien!» U l-Mulej qallu: «La tersaqx ’l hawn. Neħħi l-qorq minn riġlejk, għax il-post li inti fuqu hu art qaddisa.» U ssokta jgħidlu: «Jien hu Alla ta’ missirijietek: Alla ta’ Abraham, Alla ta’ Iżakk u Alla ta’ Ġakobb.» Mosè għatta wiċċu, għax beża’ jħares lejn Alla. U l-Mulej qallu: «Jien ħarist u rajt it-tbatija tal-poplu tiegħi fl-Eġittu. U jien smajt il-karba tagħhom minħabba fl-argużini tagħhom u għaraft l-uġigħ tagħhom. Issa nżilt biex neħlishom minn idejn l-Eġizzjani u biex intellagħhom minn dik l-art u neħodhom f’art tajba u wiesgħa, f’art tnixxi ħalib u għasel.»
Mosè reġa’ wieġeb: «Ara, jiena mmur għand ulied Israel u ngħidilhom: “Alla ta’ missirijietkom bagħatni għandkom.” Huma jistaqsuni: “X’jismu?” Jiena xi ngħidilhom?»
Alla wieġbu: «Jien li Jien.» U kompla jgħidlu: «Hekk għidilhom lil ulied Israel: “JIENA-HU bagħatni għandkom.”» U Alla kompla jgħidlu: «Hekk għandek tgħidilhom lil ulied Israel: “Jaħweh, Alla ta’ missirijietkom, Alla ta’ Abraham, Alla ta’ Iżakk, Alla ta’ Ġakobb, bagħatni għandkom.” Dan ikun ismi għal dejjem u dan l-isem ifakkarkom fija minn nisel għal nisel.»
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari

- AUDIO -

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tielet ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 24 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan. Qari: 2 Slaten 5:1-15a; Salm 41:2-3.42:3-4; Luqa 4:24-30.
It-Tlieta 25 ta’ Marzu: It-Tħabbira tal-Mulej (S). Qari: Isaija 7:10-14;8:10; Salm 39:7-11; Lhud 10:4-10; Luqa 1:26-38.
L-Erbgħa 26 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan. Qari: Dewteronomju 4:1.5-9; Salm 147:12-13.15-16.19-20; Mattew 5:17-19.
Il-Ħamis 27 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan. Qari: Ġeremija 7:23-28; Salm 94:1-2.6-9; Luqa 11:14-23.
Il-Ġimgħa 28 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan. Qari: Ħosegħa 14:2-10; Salm 80: 6ċ-8a.8bċ-9.10-11ab.14.17; Mark 12:28b-34.
Is-Sibt 29 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan. Qari: Ħosegħa 6:1-6; Salm 50:3-4.18-21; Luqa 18:9-14.

S = Solennità.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content