It-3 Ħadd tar-Randan Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-3 Ħadd tar-Randan - Sena Ċ
L-ATTENZJONI U L-KONVERŻJONI TAGĦNA
Il-Mulej jistedinna nagħrfu l-preżenza ta’ Alla fl-istorja, iżda dan ma jfissirx li għandna nwaħħlu f’Alla għal kulma jiġri fl-istorja, bħallikieku aħna lkoll pupazzi f’idejh. Fi żmien Ġesù kien hemm teoloġija retributtiva li fil-ġrajjiet tal-istorja kienet tistenna li jsiru l-kontijiet tal-bnedmin ma’ Alla: jekk int tajjeb, jiġrulek ħwejjeġ tajba; jekk int ħażin, jiġrulek ħwejjeġ ħżiena. Ma kinitx l-unika teoloġija li kienet tberren fl-imħuħ f’dak iż-żmien u għalhekk in-nies kienu jersqu lejn Ġesù biex jaraw kif kien jaħsibha. Ġesù juri lill-għedewwa tiegħu li l-istorja u l-ġrajjiet għandhom l-awtonomija tagħhom u li wieħed ma jistax jiġbed konklużjonijiet teoloġiċi minn dak li jiġri fl-istorja. Fil-mod kif kien iwieġeb għall-argumenti li soltu kienu jsiru, Ġesù juri triq żgura għad-dħul ta’ Alla fl-istorja: l-attenzjoni u l-konverżjoni tagħna. Il-Mulej jerġa’ jistieden: «Jekk ma tindmux, ilkoll tintilfu xorta waħda.» Qisu jrid jgħid li jiswa mhux dak li jiġri barra, iżda dak li ngħix minn ġewwa. Il-fatt li sal-lum għadni ħaj mhux xorti, iżda opportunità, okkażjoni biex ngħid iva, biex inħalli ż-żerriegħa ta’ Kristu tinbet u tikber fija.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content