Go to content

It-3 Ħadd tal-Għid - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
It-3 Ħadd tal-Għid - Sena Ċ
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli (5:27b-32.40b-41)

F’dak iż-żmien, il-qaddejja ressqu lill-appostli quddiem is-Sinedriju. U l-qassis il-kbir qalilhom: «Aħna għednielkom fuq li għednielkom biex ma tgħallmux fuq dan l-isem. U araw, issa mlejtu ’l Ġerusalemm bit-tagħlim tagħkom, u tridu titfgħu fuqna l-ħtija ta’ demm dan il-bniedem!»
Iżda Pietru, flimkien mal-appostli, wieġeb u qal: «Jeħtieġ nobdu aktar lil Alla milli l-bnedmin. Alla ta’ missirijietna qajjem lil Ġesù li intom qtiltuh billi dendiltuh ma’ għuda. Alla għollieh bil-leminija tiegħu u għamlu kap u salvatur, biex jagħti lil Israel l-indiema u l-maħfra tad-dnubiet. U ta’ dan kollu hawn xhieda aħna flimkien mal-Ispirtu s-Santu li Alla ta lil dawk li jobduh.»
Lill-appostli wara li tawhom is-swat, ordnawlhom li ma jitkellmux fuq l-isem ta’ Ġesù; imbagħad telquhom. Iżda huma ħarġu minn quddiem is-Sinedriju ferħana talli ġew meqjusa bħala nies li jistħoqqilhom li jkunu mmaqdra minħabba l-isem ta’ Ġesù.
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.

- AUDIO -

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tielet ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 5 ta’ Mejju: Ferja tal-Għid. Qari: Atti 6:8-15; Salm 118:23-24.26-27.29-30; Ġwanni 6:22-29.
It-Tlieta 6 ta’ Mejju: Ferja tal-Għid. Qari: Atti 7:51–8:1; Salm 30:3ċd-4.6ab.7b.8a.17; Ġwanni 6:30-35.
L-Erbgħa 7 ta’ Mejju: Ferja tal-Għid. Qari: Atti 8:1b-8; Salm 65:1-3a.4-7a; Ġwanni 6:35-40.
Il-Ħamis 8 ta’ Mejju: Ferja tal-Għid. Qari: Atti 8:26-40; Salm 65:8-9.16-17.20; Ġwanni 6:44-51.
Il-Ġimgħa 9 ta’ Mejju: San Ġorġ Preca, presbiteru u fundatur tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, M.U.S.E.U.M. (F). Qari: Sirak 21:11–17:21 jew 2 Timotju 2:1-11; Salm 119:33-42; Mark 16:14a.16-20.  
Is-Sibt 10 ta’ Mejju: Ferja tal-Għid / San Ġwann ta’ Avila, presbiteru u duttur tal-Knisja (T). Qari: Atti 9:31-42; Salm 115:12-17; Ġwanni 6:60-69.
F = Festa; T = Tifkira.

Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.

ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content