It-3 Ħadd tal-Għid Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-3 Ħadd tal-Għid - Sena Ċ
TĦOBBNI?

Ġesù qam. Iżda ħafna għadhom fil-qabar. Ibsin daqs katavri. Milqutin bin-niket, bħallikieku r-ruħ ibbieset, mingħajr ħsus, mingħajr xewqat, mingħajr ħeġġa. Bħallikieku l-qawmien hu biss ħaġa għall-oħrajn, bħallikieku mhuwiex tabilħaqq għalija.

Pietru wasal għall-qawmien b’għoqla f’qalbu. Ġesù jġib ruħu b’mod naturali, jiċċajta, jidħak, jiekol magħhom. Imbagħad jiġbed fil-ġenb lil Pietru. L-aħħar darba li raw lil xulxin kien fis-sanhedrin. «Xmun, tħobbni?» «Kif nagħmel biex inħobbok, Rabbi, kif sa nazzarda nerġa’ ngħidlek, kif sa nagħmel?» ħaseb Pietru. «Inħobbok» wieġeb Xmun. «Xmun, tħobbni?» «Biżżejjed, Mulej, taf li m’iniex kapaċi, aqtagħha!» ħaseb Pietru. «Inħobbok» wieġeb Xmun. «Xmun, tħobbni?» Pietru issa baqa’ sieket. Għal darb’oħra jinsab imriegħex. Hu Ġesù li jadatta ruħu għall-ħtiġijiet tagħna. Pietru għandu għoqla fi griżmejh. Ġesù ma jqis xejn id-dgħufija ta’ Pietru, lanqas it-tradiment tiegħu, ma jimpurtahx li hu bla ħila, ma jimpurtahx li mhux sa jkun kapaċi. Lil Pietru jitolbu biss li jħobbu kif jaf hu. «Xi tridni ngħidlek, Mgħallem? Inti taf kollox, inti tafni, taf kemm inħobbok» U issa l-Mulej tbissem. Pietru jinsab lest: sa jagħraf kif jgħin lill-aħwa foqra issa li aċċetta l-faqar tiegħu, sa jkun Papa tajjeb. Il-Mulej tbissem u qallu: «Imxi warajja.»
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content