Go to content

It-3 Ħadd Avvent - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
It-3 Ħadd tal-Avvent - Sena Ċ
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Sofonija (3:14-18a)

Għajjat bil-ferħ ta’ qalbek, bint Sijon, Israel, samma’ leħnek! Infexx fl-hena u ifraħ b’qalbek kollha, bint Ġerusalemm! Neħħa l-Mulej minn fuqek is-sentenza li kellek kontrik, keċċa l-għedewwa tiegħek. Is-sultan ta’ Israel, il-Mulej, hu f’nofsok; ma jkollokx iżjed ħsara minn xiex tibża’. Dakinhar jgħidu lil Ġerusalemm: «Tibżax, Sijon, tħallix idejk jintelqu! Il-Mulej, Alla tiegħek, qiegħed f’nofsok, gwerrier li jsalva; minħabba fik jithenna b’hena kbir, fi mħabbtu jġeddek, jinfexx minħabba fik f’għajjat ta’ ferħ, bħalkieku f’jum ta’ festa.»
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari

- AUDIO -
- VIDEO GĦAT-TFAL -
Catholic Kids Media /  Djoċesi ta' Għawdex
- VIDEO -
Parroċċa Burmarrad (Patri Allister Aquilina)

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tielet ġimgħa tas-salterju
It-Tnejn 13 ta’ Diċembru: Santa Luċija, Verġni u Martri (TO). Qari: Numri 24:2-7.15-17; Salm 24:4-9; Mattew 21:23-27.
It-Tlieta 14 ta’ Diċembru: San Ġwann tas-Salib, Presbiteru u Duttur tal-Knisja (TO). Qari: Sofonija 3:1-2.9-13; Salm 33:2-3.6-7.17-19.23; Mattew 21:28-32.
L-Erbgħa 15 ta’ Diċembru: Ferja tal-Avvent. Qari: Isaija 45:6-8.18.21-25; Salm 84:9-14; Luqa 7:19-23.
Il-Ħamis 16 ta’ Diċembru: Ferja tal-Avvent. Qari:  Isaija 54:1-10; Salm 29:2.4-6.11-13; Luqa 7:24-30.  
Il-Ġimgħa 17 ta’ Diċembru: Ferja privileġġjata. Qari: Ġenesi 49:2.8-10; Salm 71:1-4.7-8.17 Hallelujah “O Għerf tal-Għoli”; Mattew 1:1-17.
Is-Sibt 18 ta’ Diċembru: Ferja privileġġjata. Qari: Ġeremija 23:5-8; Salm 71:1-2.12-13.18-19; Hallelujah “O Mexxej”; Mattew 1:18-24.

TO = Tifkira Obbligatorja.
Il-kulur tad-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.

ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content