Go to content

It-2 Ħadd tar-Randan - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
It-2 Ħadd tar-Randan - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Ġenesi (12:1-4a)

F’dak iż-żmien, il-Mulej qal lil Abram: «Qum u itlaq minn artek, minn art twelidek, u minn dar missierek, lejn l-art li jien nurik. U jien nagħmlek ġens kbir, inbierkek u nkabbarlek ismek, u int tkun barka. Jien inbierek lil min ibierkek, u nisħet lil min jisħtek. U jitbierku bik it-tribujiet kollha tal-art.» U telaq Abram kif kien qallu l-Mulej.
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tieni ġimgħa tas-salterju

It-Tnejn 2 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan. Qari: Danjel 9:4b-10; Salm 78:8-9.11.13; Luqa 6:36-38.
It-Tlieta 3 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan. Qari: Isaija 1:10.16-20; Salm 49:8-9.16bċ-17.21.23; Mattew 23:1-12.
L-Erbgħa 4 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan. Qari: Ġeremija 18:18-20; Salm 30:5-6.14-16; Mattew 20:17-28.
Il-Ħamis 5 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan. Qari: Ġeremija 17:5-10; Salm 1:1-4.6; Luqa 16: 19-31.
Il-Ġimgħa 6 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan. Qari: Ġenesi 37:3-4.12-13a.17b-28; Salm 104:16-21; Mattew 21:33-43.45-46.
Is-Sibt 7 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan. Qari: Mikea 7:14/15.18-20; Salm 102:1-4.9-12; Luqa 15:1-3.11-32.

Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content