It-2 Ħadd tar-Randan A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-2 Ħadd tar-Randan - Sena A
RANDAN... L-ESPERJENZA TAL-ĠMIEL TA' ALLA

Jekk ninsabu fid-deżert, jekk qed nagħtu aktar ħin għat-talb, jekk qegħdin insumu xi ftit u jekk qed inberrħu aktar il-portafoll huwa biss biex nilħqu l-ġmiel ta’ Alla.

Huwa l-ġmiel ta’ Alla dak li dejjem jiġbed il-bnedmin, is-seħer misterjuż li joħroġ minn Alla, li kultant ibeżża’ li Ġesù jagħtina bħala l-ġmiel mimli bl-imħabba u l-kumpassjoni ta’ missier, ta’ omm li tħobb lil uliedha. Kbir hu l-ġmiel ta’ Alla. Huwa ġmiel li jiġbor fih l-għerf, il-verità, it-tjieba, id-dija. Nieħdu ħsieb id-dehra tagħna minn barra, u aktar u aħjar, dik ġewwiena! Kieku kont iżgħar kont niftaħ negozju ta’ ġmiel globali: studju estetiku u rtiri spiritwali, parrukkieri u għaqdiet ta’ volontarjat, massaġġi u meditazzjoni tal-Vanġelu. Jew il-ġmiel hu sħiħ jew hu xi ħaġa li tidher minn barra u mbagħad tikrieh bil-mixja taż-żmien. Fuq it-Tabor Pietru, Ġakbu u Ġwanni raw lil Ġesù b’ħarsa ġdida. Il-ġmiel ta’ Alla tiġi fuqek f’waqt wieħed. Aħna lkoll imsejħin biex naraw il-ġmiel ta’ Alla, anki għal waqt wieħed f’ħajjitna. Raptim, jgħid Santu Wistin, f’sekonda. Dan hu l-oġġettiv tar-Randan tagħna: li jkollna l-esperjenza tal-ġmiel ta’ Alla, inħalluh jidħol f’ħajjitna, biex ibiddlilna qlubna.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content