It-2 Ħadd tal-Għid - Sena Ċ
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli (5:12-16)
Bis-saħħa tal-appostli kienu jsiru ħafna sinjali u mirakli fost il-poplu. U huma lkoll qalb waħda kienu jinġabru flimkien fil-portiku ta’ Salamun, u ħadd mill-oħrajn ma kien jissogra jissieħeb magħhom; imma kulħadd kien ifaħħarhom ħafna.
L-għadd ta’ dawk li kienu jemmnu fil-Mulej, kemm irġiel kemm nisa, kien dejjem jiżdied u joktor, hekk li kienu wkoll iġorru l-morda tagħhom fuq sodod u mtieraħ u jqegħduhom fil-pjazez biex, xħin jgħaddi Pietru, jaqa’ mqar id-dell tiegħu fuq xi ħadd minnhom.
In-nies kienu jiġu mill-ibliet ta’ madwar Ġerusalemm, iġorru l-morda u lil dawk li kienu maħkuma mill-ispirti mniġġsa; u lkoll kienu jitfejqu.
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.
- AUDIO -
- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tieni ġimgħa tas-Salterju
■ It-Tnejn 28 ta’ April: Arċidjoċesi ta’ Malta Ferja tal-Għid / San Pietru Chanel, presbiteru u martri (T) / San Ludoviku Marija Grignion de Montfort, presbiteru (T)
Djoċesi ta’ Għawdex Santa Ġovanna Beretta Molla, omm (TO). Qari: Atti 4:23-31; Salm 2:1-4.6.7-9; Ġwanni 3:1-8.
■ It-Tlieta 29 ta’ April: Santa Katerina ta’ Siena, verġni, duttur tal-Knisja u patruna tal-Ewropa (F). Qari: 1 Ġwanni 1:5–2:2; Salm 102:1-4.8-9.13-14.17-18; Mattew 11:25-30.
■ L-Erbgħa 30 ta’ April: San Piju V, papa (TO). Qari: Atti 5:17-26; Salm 33:2-9; Ġwanni 3:16-21.
■ Il-Ħamis 1 ta’ Mejju: San Ġużepp Ħaddiem (TO). Qari: Ġenesi 1:26–2:3 jew Kol 3:14-15.17.23-24; Salm 89:2-4.12-14.19; Mattew 13:54-58.
■ Il-Ġimgħa 2 ta’ Mejju: San Atanasju, isqof u duttur tal-Knisja (TO). Qari: Atti 5:34-42; Salm 26:1.4.13-14; Ġwanni 6:1-15.
■ Is-Sibt 3 ta’ Mejju: San Filippu u San Ġakbu, Appostli (F). Qari: 1 Korintin 15:1-8; Salm 18:2-5; Ġwanni 14:6-14.
F = Festa; TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.