Go to content

It-2 Ħadd tal-Għid - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
It-2 Ħadd tal-Għid - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli (2:42-47)

F’dak iż-żmien, id-dixxipli kienu jżommu sħiħ fit-tagħlim tal-appostli u fl-għaqda ta’ bejniethom, fil-qsim tal-ħobż u fit-talb.
Waqa’ mbagħad il-biża’ fuq kulħadd għax ħafna kienu l-mirakli u s-sinjali li kienu jsiru permezz tal-appostli.
Dawk kollha li kienu jemmnu kienu ħaġa waħda, u kienu jaqsmu kollox bejniethom, ibigħu ġidhom u kulma kellhom u jqassmu d-dħul bejn kulħadd, skont il-ħtieġa ta’ kull wieħed. U kuljum kienu jmorru fit-tempju flimkien, jaqsmu l-ħobż fi djarhom, u jissieħbu fl-ikel bi qlub ferħana u safja; u kienu jfaħħru lil Alla, u l-poplu kollu kien iġibhom.
U minn jum għal ieħor il-Mulej kien iżidilhom magħhom lil dawk li jkunu salvi.
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tieni ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 17 ta’ April: Ferja tal-Għid. Qari: Atti 4:23-31; Salm 2:1-3.4-6.7-9; Ġwanni 3:1-8.
It-Tlieta 18 ta’ April: Ferja tal-Għid. Qari: Atti 4:32-37; Salm 92:1ab.1ċ-2.5; Ġwanni 3:7b-15.
L-Erbgħa 19 ta’ April: Ferja tal-Għid. Qari: Atti 5:17-26; Salm 33:2-3.4-5.6-7.8-9; Ġwanni 3:16-21.
Il-Ħamis 20 ta’ April: Ferja tal-Għid. Qari: Atti 5:27-33; Salm 33:2 u 9,17-18.19-20; Ġwanni 3:31-36.
Il-Ġimgħa 21 ta’ April: Ferja tal-Għid / San Anselmu, isqof u duttur tal-Knisja (T). Qari: Atti 5:34-42; Salm 26:1.4.13-14; Ġwanni 6:1-15.
Is-Sibt 22 ta’ April: Ferja tal-Għid. Qari: Atti 6:1-7; Salm 32:1-2.4-5.18-19; Ġwanni 6:16-21.

T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.

ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content