Go to content

It-2 Ħadd Avvent - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
It-2 Ħadd tal-Avvent - Sena Ċ
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Baruk (5:1-9)

Neħħi minn fuqek, Ġerusalemm, ilbies il-vistu u n-niket tiegħek, u ilbes għal dejjem id-dija tal-glorja ta’ Alla. Ilbes mantar il-ġustizzja ta’ Alla, qiegħed fuq rasek id-dijadema tal-glorja ta’ Alla ta’ dejjem. Għax Alla għad juri sbuħitek lid-dinja taħt ix-xemx, Alla jsemmik għal dejjem: «Sliem tal-Ġustizzja» u «Glorja tal-Qima ta’ Alla.»
Qum, Ġerusalemm, itla’ fl-għoli, u ħares madwarek lejn il-Lvant, ara ’l uliedek miġmugħa, minn fejn tinżel ix-xemx sa fejn titla’, għall-kelma tal-Qaddis, ferħana li Alla ftakar fihom. Telqu mingħandek bil-mixi, imkarkra mill-għedewwa, u issa Alla sa jġibhomlok, merfugħin fil-ġieħ bħalkieku fuq tronijiet is-slaten. Għax Alla ordna; jitniżżlu l-muntanji għolja, u l-għoljiet ta’ dejjem, jimtlew il-widien u titwitta l-art, biex hemm Israel jimxi ’l quddiem, bla tfixkil ta’ xejn, taħt il-ħarsien ta’ Alla.
U l-foresti u s-siġar tal-fwieħa, jixħtu dellhom għal fuq Israel, bl-ordni ta’ Alla. Għax Alla jmexxi lil Israel ferħan, b’dawl il-glorja tiegħu, imsieħba mill-ħniena u l-ġustizzja ħierġa minnu.
Il-Kelma tal-Mulej.       Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.

- AUDIO -
- VIDEO GĦAT-TFAL -
Catholic Kids Media /  Djoċesi ta' Għawdex

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tieni ġimgħa tas-salterju
It-Tnejn 6 ta’ Diċembru: Ferja tal-Avvent / San Nikola, Isqof (T). Qari: Isaija 35:1-10; Salm 84:9-14; Lq 5:17-26.
It-Tlieta 7 ta’ Diċembru: Sant’Ambroġ, Isqof u Duttur tal-Knisja (TO). Qari: Isaija 40:1-11; Salm 95:1-3.10-13: Mattew 18:12-14.
L-Erbgħa 8 ta’ Diċembru: It-Tnissil bla tebgħa tal-Verġni Mqaddsa Marija (S). Qari: Ġenesi 3:9-15.20; Salm 98:1-4; Efes 1:3-6.11-12; Luqa 1:26-38.
Il-Ħamis 9 ta’ Diċembru: Ferja tal-Avvent / San Ġwann Diegu Cuauhtlatoatzin, Presbiteru (T). Qari: Isaija 41:13-20; Salm 144:1. 9-13; Mattew 11:11-15.
Il-Ġimgħa 10 ta’ Diċembru: Ferja tal-Avvent / L-Imqaddsa Verġni Marija ta’ Loreto (T). Qari: Isaija 48:17-19; Salm 1:1-4. 6; Mattew 11:16-19.
Is-Sibt 11 ta’ Diċembru: Ferja tal-Avvent / San Damasu I, Papa (T). Qari: Sirak 48:1-4. 9-11; Salm 79: 2-3.15-16.18-19; Mattew 17:10-13.

S = Solennità; TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur tad-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.




ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content