It-2 Ħadd tal-Avvent Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-2 Ħadd tal-Avvent - Sena Ċ

ALLA MA JĦARISX LEJN IT-TITLI
 
«Il-kelma tal-Mulej ġiet fuq Ġwanni bin Żakkarija, fid-deżert. U ġie fl-inħawi kollha ta’ madwar il-Ġordan, ixandar magħmudija ta’ ndiema għall-maħfra tad-dnubiet.» F’nofs l-ismijiet il-kbar kollha li jsemmi l-Evanġelista l-għażla ta’ Alla waqgħet fuq raġel mingħajr importanza politika u soċjali. Alla ma jħarisx lejn it-titli, lejn dak li jidher jew lejn il-mod kif jaħsbu l-bnedmin. Iċ-ċentru jinsab ’il fejn Alla jħares. U billi l-Missier fi Kristu ma jsejjaħx lil kulħadd, iżda jsejjaħ lil kull wieħed, huwa jħares lejk, ħajtek issir imkien imqaddes li l-Mulej iwittih biex jgħaddi u jgħammar fih. Ifraħ għax sa tara s-salvazzjoni tal-Mulej. Il-Vanġelu jinteressa lilek! Kull wieħed minna, fl-eżistenza tiegħu, hu Ġwanni l-Għammied imsejjaħ biex iħejji triq il-Mulej. Fina u madwarna hemm ħafna toroq imwiegħra li qegħdin jistennew leħen li jgħajjat il-primat ta’ Alla, il-qrubija ta’ Kristu, leħen li jgħid li s-Saltna ta’ Alla hi fil-qrib. Mhux biss fi żmien l-Avvent, iżda tul is-sena kollha, tul il-ħajja kollha.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content