Go to content

Is-6 Ħadd tal-Għid - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
Is-6 Ħadd tal-Għid - Sena Ċ
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli (15:1-2.22-29)

F’dak iż-żmien, niżlu xi wħud mil-Lhudija u bdew jgħallmu lill-aħwa: «Jekk ma toqogħdux għaċ-ċirkonċiżjoni skont id-drawwa li ġejja minn Mosè, ma tistgħux issalvaw.»
Pawlu u Barnaba qamu kontra tagħhom u ħaduha magħhom bis-sħiħ; għalhekk qatgħuha li Pawlu u Barnaba u xi wħud oħra minnhom jitilgħu Ġerusalemm ikellmu lill-appostli u l-presbiteri fuq din il-kwistjoni.
Imbagħad l-appostli u l-presbiteri, flimkien mal-Knisja kollha, dehrilhom li kellhom jagħżlu lil xi wħud minnhom u jibagħtuhom Antjokja ma’ Pawlu u Barnaba. Dawn kienu Ġuda, jgħidulu Barsaba, u Sila, li kienu minn ta’ quddiem fost l-aħwa.
U bagħtu magħhom din l-ittra: «L-appostli u l-presbiteri, ħutkom, lill-aħwa ta’ Antjokja, tas-Sirja u taċ-Ċiliċja, li ġew mill-ġnus; is-sliem għalikom! Aħna smajna li xi wħud min-nies tagħna, mingħajr ebda ordni tagħna, ġew ħawdukom u qallbulkom moħħkom bi kliemhom. Għalhekk aħna qbilna lkoll bejnietna u dehrilna li kellna nagħżlu lil xi wħud u nibagħtuhom għandkom flimkien mal-għeżież tagħna Barnaba u Pawlu, nies li ddedikaw ħajjithom għall-isem ta’ Sidna Ġesù Kristu. Għalhekk bgħatnielkom lil Ġuda u ’l Sila, biex jgħidulkom bi kliemhom l-istess ħaġa. Għax lill-Ispirtu s-Santu u lilna dehrilna li aħna ma għandna ngħabbukom b’ebda piż ieħor aktar minn dak li hu meħtieġ, jiġifieri, li titbiegħdu mill-ikel issagrifikat lill-idoli, mid-demm, mil-laħam tal-annimali fgati u miż-żwieġ ħażin. Tagħmlu tajjeb jekk tħarsu rwieħkom minn dawn. Saħħa!»
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -

- AUDIO -
- VIDEO -
Parroċċa Burmarrad (Patri Christian A. Borg)

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tieni ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 26 ta’ Mejju: San Filippu Neri, presbiteru (TO). Qari: Atti 16:11-15; Salm 149:1-6a.9b; Ġwanni 15:26–16:4a.
It-Tlieta 27 ta’ Mejju: Ferja tal-Għid / Santu Wistin ta’ Canterbury, isqof (T). Qari: Atti 16:22-34; Salm 137:1-3.7ċ-8; Ġwanni 16:5-11.
L-Erbgħa 28 ta’ Mejju: Ferja tal-Għid. Qari: Atti 17:15.22–18:1; Salm 148:1-2.11-14; Ġwanni 16:12-15.
Il-Ħamis 29 ta’ Mejju: Ferja tal-Għid / San Pawlu VI, papa (T). Qari: Atti 18:1-8; Salm 97:1-4; Ġwanni 16:16-20.
Il-Ġimgħa 30 ta’ Mejju: Ferja tal-Għid. Qari: Atti 18:9-18; Salm 46:2-7; Ġwanni 16:20-23a.
Is-Sibt 31 ta’ Mejju: Iż-Żjara tal-Imqaddsa Verġni Marija (F). Qari: Sofonija 3:14-18a jew Rumani 12:9-16b; Salm Isaija 12:2-6; Luqa 1:39-56.

F = Festa; TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content