Is-6 Ħadd tal-Għid Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Is-6 Ħadd tal-Għid Ċ
L-IMĦABBA TA’ KRISTU
 
San Ġwann, li hu l-Evanġelista tal-imħabba, ikompli jisħaq fuq l-imħabba ta’ Kristu billi jqiegħed fuq fomm Ġesù kliem li jfisser il-profondità ta’ din l-imħabba li hi Alla nnifsu. Biex nilqgħu din l-imħabba jeħtieġ li nħarsu kelmtu jiġifieri nifhmu xi jrid minna u nagħmluh. B’hekk Alla jiġi jgħammar fina u aħna ngħixu fih. Ġesù llum ukoll iħabbar il-miġja tal-Ispirtu s-Santu li jfakkar lid-dixxipli dak li qal Ġesù u jagħtihom ukoll il-ħila jagħmluh. Dan inissel fi qlub id-dixxipli s-sliem kif jaf jagħtih Alla biss. Is-sliem falz tad-dinja jħalli l-qrusa fl-istonku, imma s-sliem ta’ Kristu hu sliem spiritwali li ma jitfissirx bil-kliem. Huwa dik it-trankwillità spiritwali li ġġib magħha l-preżenza ta’ Alla fi qlubna, għax Alla hu sliem. Fejn hemm dan is-sliem ma jkunx hemm biża’.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content