Go to content

Is-6 Ħadd tal-Għid - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
Is-6 Ħadd tal-Għid - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli (8:5-8.14-17)

F’dak iż-żmien, Filippu niżel f’belt tas-Samarija u xandar lil Kristu lin-nies tagħha. Il-folol tan-nies b’fehma waħda kienu joqogħdu attenti għal dak li kien jgħidilhom Filippu, meta kienu jisimgħuh u jaraw il-mirakli li kien jagħmel. Kien hemm nies maħkuma mill-ispirti ħżiena, u dawn b’għajjat kbir kienu joħorġu minn ħafna minnhom; u ħafna nies oħrajn, mifluġa jew zopop, kienu jitfejqu. U kien hemm ferħ kbir f’dik il-belt.
L-appostli, li kienu Ġerusalemm, semgħu li s-Samarija laqgħet il-kelma ta’ Alla, u bagħtu hemm lil Pietru u lil Ġwanni. Dawn niżlu hemm u talbu biex dawk li emmnu jirċievu l-Ispirtu s-Santu; għax l-Ispirtu s-Santu kien għadu ma niżel fuq ħadd minnhom, imma kienu tgħammdu biss f’isem il-Mulej Ġesù. Imbagħad l-appostli qiegħdu jdejhom fuqhom, u huma rċevew l-Ispirtu s-Santu.
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tieni ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 15 ta’ Mejju: Ferja tal-Għid. Qari: Atti 16:11-15; Salm 149:1-2.3-4.5-6a u 9b; Ġwanni 15:26 – 16:4a.
It-Tlieta 16 ta’ Mejju: Ferja tal-Għid. Qari: Atti 16:22-34; Salm 137:1-2a.2bċ-3.7ċ-8; Ġwanni 16:5-11.
L-Erbgħa 17 ta’ Mejju: Ferja tal-Għid. Qari: Atti 17:15.22 – 18:1; Salm 148:1-2.11-12ab.12ċ-13a.13bċd-14; Ġwanni 16:12-15.
Il-Ħamis 18 ta’ Mejju:  Ferja tal-Għid / San Ġwann I, papa u martri (T). Qari: Atti 18:1-8; Salm 97:1.2-3ab.3ċd-4; Ġwanni 16:16-20.
Il-Ġimgħa 19 ta’ Mejju: Ferja tal-Għid. Qari: Atti 18:9-18; Salm 46:2-3.4-5.6-7; Ġwanni 16:20-23a.
Is-Sibt 20 ta’ Mejju: Ferja tal-Għid / San Bernardinu ta’ Siena, presbiteru (T). Qari: Atti 18:23-28; Salm 46:2-3.8-9.10; Ġwanni 16:23b-28.

T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content