Is-6 Ħadd tal-Għid A
INTOM GĦAD TARAWNI
Ġesù jurina x’għandna nagħmlu biex inħobbuh: “Jekk tħobbuni, ħarsu l-kmandamenti tiegħi... Min iżomm il-kmandamenti tiegħi u jħarishom, dak hu li jħobbni.” Fi kliem ieħor Ġesù qed jgħidilna biex ngħaddu millkliem għall-fatti. Wieħed ma jħobbx lil Ġesù għax sempliċement jgħid b’fommu li jħobbu. Imma min iħobb lil xi ħadd juri li tabilħaqq iħobbu għax jagħtih widen u jgħożż kliemu. Ġesù jwasslilna mħabbtu billi jagħtina Difensur ieħor li jibqa’ magħna. Dan hu l-Ispirtu tal-verità, li hu l-Mulej li jagħti l-ħajja, jiġifieri jikkomunika l-imħabba ta’ Alla billi jgħammar fina u jibqa’ magħna. Għalhekk lid-dixxipli Ġesù qalilhom: “Intom għad tarawni,” għax l-Ispirtu s-Santu, li hu l-Ispirtu tal-Missier u tal-Iben, bil-preżenza tiegħu fina jagħtina sehem mill-ħajja ta’ Alla u aħna nidħlu fl-għaqda intima mal-Persuni tat-Trinità Qaddisa.