Ir-4 Ħadd tar-Randan - Sena Ċ
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb ta’ Ġożwè (5:9a.10-12)
F’dak iż-żmien, il-Mulej qal lil Ġożwè: «Illum jien neħħejtilkom minn fuqkom l-għajb tal-Eġittu.»
Ulied Israel waqqfu l-kamp tagħhom f’Gilgal. Hemm, fil-witat ta’ Ġeriko, għamlu l-Għid filgħaxija tal-erbatax tax-xahar.
U sewwasew l-għada tal-Għid, huma kielu mill-frott tal-art: ħobż ażżmu u qamħ inkaljat.
Minn dakinhar, wara li kielu mill-frott tal-art, il-manna waqfet. Ulied Israel ma kellhomx aktar manna, imma minn dik is-sena bdew jieklu milli bdiet tagħtihom l-art ta’ Kangħan.
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.
- AUDIO -
- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
Ir-raba’ ġimgħa tas-salterju
■ It-Tnejn 31 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan. Qari: Isaija 65:17-21; Salm 29:2.4-6.11-12a.13b; Ġwanni 4:43-54.
■ It-Tlieta 1 ta’ April: Ferja tar-Randan. Qari: Eżekjel 47:1-9.12; Salm 45:2-3.5-6.8-9; Ġwanni 5:1-3a.5-16.
■ L-Erbgħa 2 ta’ April: Ferja tar-Randan. Qari: Isaija 49:8-15; Salm 144:8-9.13ċd-14.17-18; Ġwanni 5:17-30.
■ Il-Ħamis 3 ta’ April: Ferja tar-Randan. Qari: Eżodu 32:7-14; Salm 105:19-23; Ġwanni 5:31-47.
■ Il-Ġimgħa 4 ta’ April: Ferja tar-Randan. Qari: Għerf 2:1a.12-22; Salm 33:17-18.19-20.21 u 23; Ġw 7:1-2.10.25-30.
■ Is-Sibt 5 ta’ April: Ferja tar-Randan. Qari: Ġeremija 11:18-20; Salm 7:2-3.9bċ-10-12; Ġwanni 7:40-53.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.