Ir-4 Ħadd tar-Randan Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Ir-4 Ħadd tar-Randan - Sena Ċ

L-IBEN MOĦBI

“Fil-parabbola tal-iben il-ħali nistgħu nilmħu wkoll lit-tielet iben. It-tielet iben?  U fejn hu? Moħbi! Hu dak li, kif jgħid San Pawl lill-Filippin, ‘ma qagħadx ifittex tiegħu li hu daqs Alla, iżda xejjen lilu nnifsu billi ħa n-natura ta’ lsir.’ Dan l-iben-qaddej hu Ġesù! Hu l-estensjoni ta’ dirgħajn u ta’ qalb il-Missier: Hu jilqa’ lill-ħali u jaħsillu saqajh li jkunu maħmuġin; Hu jħejji l-mejda għall-ikla tal-maħfra.”
PAPA FRANĠISKU, Angelus, 6 ta' Marzu 2016

  • X’għarfien għandi ta’ dak li hemm fil-qalb ta’ Kristu?

  • Kemm qed ingawdi jien minn qalb bħal din?


Mulej,
bħala Iben ta’ Alla l-Missier
inti taf sewwa x’għandu f’qalbu,
u bħala Iben ta’ bniedem
inti taf ukoll x’hemm fil-qalb tal-Bniedem.
Bħala Qaddej fidil ta’ Alla u tal-Bniedem
inti dak li tlaħħam
l-imħabba mimlija ħniena
li l-Missier għandu għall-bnedmin.
Bħala Qaddej fidil tiegħu u tal-bniedem
inti dak li ddewwi bil-balzmu tal-maħfra
lil min jingiref
għax ikun tbiegħed
mis-sħana tal-imħabba tiegħu.

Tħallina qatt, Mulej, inkunu nieqsa
minn dak li dejjem hemm lest f’qalbek għalina.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content