Go to content

Ir-4 Ħadd tal-Għid - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
Ir-4 Ħadd tal-Għid - Sena Ċ
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli (13:14.43-52)

F’dak iż-żmien, Pawlu u Barnaba minn Perge baqgħu sejrin sa ma waslu f’Antjokja ta’ Pisidja. F’jum is-Sibt daħlu fis-sinagoga u qagħdu bilqiegħda. U meta xterdet il-ġemgħa tas-sinagoga, ħafna, kemm mil-Lhud u kemm mill-prosèliti twajba, marru ma’ Pawlu u ma’ Barnaba, u dawn ħeġġewhom biex jibqgħu fil-grazzja ta’ Alla.
Is-Sibt ta’ wara, tista’ tgħid il-belt kollha nġabret biex tisma’ l-kelma tal-Mulej. Il-Lhud, meta raw il-folol, imtlew bl-għejra u bdew imieru lil Pawlu u jidgħulu. Imma Pawlu u Barnaba bil-kuraġġ kollu qalu: «Hekk kien meħtieġ, li l-kelma ta’ Alla titħabbar lilkom l-ewwel. Billi intom qegħdin twarrbuha, u jidhrilkom li ma tistħoqqilkomx il-ħajja ta’ dejjem, aħna sa nduru fuq il-pagani. Għax hekk ordnalna l-Mulej: “Jien għamiltek dawl tal-ġnus, biex twassal is-salvazzjoni sa truf l-art.”»
Il-pagani, meta semgħu dan, bdew jifirħu u jigglorifikaw il-kelma tal-Mulej, u dawk kollha li kienu magħżula għall-ħajja ta’ dejjem emmnu. Hekk il-kelma tal-Mulej baqgħet tixtered mal-art kollha. Imma l-Lhud xewxu n-nisa twajba u magħrufa u wkoll il-kbarat tal-belt, u qajmu persekuzzjoni kontra Pawlu u Barnaba u keċċewhom ’il barra minn arthom. Huma farfru għal fuqhom it-trab minn ma’ riġlejhom u marru Ikonju. Iżda d-dixxipli mtlew bil-ferħ u bl-Ispirtu s-Santu.
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
Ir-raba’ ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 12 ta’ Mejju: Ferja tal-Għid / San Nerew u San Akille, martri (T) / San Prankrazju, martri (T). Qari: Atti 11:1-18; Salm 41:2-3.42:3-4; Ġwanni 10:11-18.
It-Tlieta 13 ta’ Mejju: Ferja tal-Għid / L-Imqaddsa Verġni Marija ta’ Fatima (T). Qari: Atti 11:19-26; Salm 86:1.3-7; Ġwanni 10:22-30.  
L-Erbgħa 14 ta’ Mejju: San Mattija, Appostlu (F). Qari: Atti 1:15-17.20-26; Salm 112:1-8; Ġwanni 15:9-17.
Il-Ħamis 15 ta’ Mejju: Ferja tal-Għid. Qari: Atti 13:13-25; Salm  88:2-3.21-22.25.27; Ġwanni 13:16-20.
Il-Ġimgħa 16 ta’ Mejju: Ferja tal-Għid. Qari: Atti 13:26-33; Salm 2:6-11; Ġwanni 14:1-6.  
Is-Sibt 17 ta’ Mejju: Ferja tal-Għid. Qari: Atti 13:44-52; Salm 97:1-4; Ġwanni 14:7-14.

F = Festa; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.

ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content