Ir-4 Ħadd tal-Għid Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Ir-4 Ħadd tal-Għid - Sena Ċ
MA NISTGĦUX NIKKUNTENTAW BIX-XEJN
Ftit taż-żmien ilu kont qiegħed nitkellem ma’ ħabib li jien nammira l-onestà tiegħu fir-riċerka, u qalli li kien qiegħed iqis il-konverżjoni għall-fidi Nisranija li kien ilu jaħseb fuqha żmien. Iżda wara li għarrafni b’dan żied ħaġa li ma stajtx naqbel miegħu: «Imma naħseb li anki bla twemmin tista’ tgħix tajjeb.» Kif smajt dan weġibt, mingħajr dawrien mal-lewża, iżda b’konvinzjoni u esperjenza personali: «Ma nistgħux nikkuntentaw bix-xejn. Aħna nħlaqna għall-ħajja ta’ dejjem.» Konna fi grupp ma’ nies oħra, iżda kelli l-impressjoni li kien il-ħabib tiegħi biss li fehem dak li ridt ngħid. Stajt narah f’għajnejh li f’daqqa waħda dehru mħassbin... «In-nagħaġ tiegħi jisimgħu leħni, u jiena nagħrafhom, u huma jimxu warajja.» Sewwasew għax iħossu li mhumiex «nagħaġ», iżda msejħin minn Ġesù nnifsu: «ħbieb». F’din il-ħbiberija, Ġesù jistedinna nidħlu fl-istess għaqda profonda li hu jgħixha mal-Missier: «Jiena u l-Missier aħna ħaġa waħda.»
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content