Go to content

Ir-4 Ħadd tal-Għid - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
Ir-4 Ħadd tal-Għid - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli (2:14a.36-41)

Nhar Għid il-Ħamsin, Pietru flimkien mal-Ħdax qam u qal lil-Lhud b’leħen għoli: «Ħa jkun jaf fiż-żgur il-poplu kollu ta’ Israel li lil dan Ġesù, li intom sallabtuh, Alla għamlu Mulej u Messija.»
Dan il-kliem li semgħu laqtilhom qalbhom, u qalu lil Pietru u lill-appostli l-oħra: «L-aħwa, x’għandna nagħmlu aħna?»
U Pietru weġibhom: «Indmu, u jitgħammed kull wieħed minnkom fl-isem ta’ Ġesù Kristu għall-maħfra ta’ dnubietkom; u intom tirċievu d-don tal-Ispirtu s-Santu. Għax il-wegħda qiegħda għalikom u għal uliedkom u għal dawk kollha li huma fil-bogħod, dawk kollha li l-Mulej Alla tagħna sejħilhom.»
U b’ħafna kliem ieħor tahom xhieda u wissiehom billi qalilhom: «Salvaw lilkom infuskom minn dan in-nisel ħażin.» Għalhekk dawk li laqgħu kliemu tgħammdu u dakinhar ingħaqdu mad-dixxipli madwar tlitt elef ruħ.
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.

IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
Ir-raba’ ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 27 ta’ April: Ferja tal-Għid. Qari: Atti 11:1-18; Salm 41:2-3.42:3-4; Ġwanni 10:11-18.
It-Tlieta 28 ta’ April: Arċidjoċesi ta’ Malta Ferja tal-Għid / San Pietru Chanel, presbiteru u martri (T) / San Ludoviku Marija Grignion de Montfort, presbiteru (T) / Djoċesi ta’ Għawdex Santa Ġovanna Beretta Molla, omm (TO). Qari: Atti 11: 19-26; Salm 86: 1.3-7; Ġwanni 10: 22-30.  
L-Erbgħa 29 ta’ April: Santa Katerina ta’ Siena, verġni, duttur tal-Knisja u patruna tal-Ewropa (F). Qari: 1 Ġwanni 1:5-2: 2; Salm 102:1-4. 8-9.13-14.17-18; Mattew 11:25-30.
Il-Ħamis 30 ta’ April: San Piju V, papa (TO). Qari: Atti 13:13-25; Salm  88:2-3.21-22.25.27; Ġwanni 13:16-20.
Il-Ġimgħa 1 ta’ Mejju: San Ġużepp Ħaddiem (TO). Qari: Ġenesi 1:26-2:3; Salm 89:2-4.12-14.19; Mattew 13:54-58.
Is-Sibt 2 ta’ Mejju: San Atanasju, isqof u duttur tal-Knisja (TO). Qari: Atti 13:44-52; Salm 97:1-4; Ġwanni 14:7-14.

F = Festa; T = Tifkira; TO = Tifkira Obbligatorja.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content