Go to content

Ir-4 Ħadd Avvent - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
Ir-4 Ħadd tal-Avvent - Sena Ċ
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Mikea (5:1-4a)

Dan jgħid il-Mulej: «Int, Betleħem ta’ Efrata, ċkejkna fost il-familji ta’ Ġuda, minnek għad joħroġli dak li jkun prinċep f’Israel; hu għandu l-bidu tiegħu mill-qedem, sa minn dejjem ta’ dejjem.
Għalhekk il-Mulej jitlaqhom sa meta teħles dik li hi fl-uġigħ tal-ħlas; imbagħad il-bqija ta’ ħutu jerġgħu lura fost ulied Israel. U hu joqgħod jirgħa l-merħla tiegħu bil-qawwa tal-Mulej, bil-glorja ta’ isem il-Mulej, Alla tiegħu.
U huma jgħammru fiż-żgur, għax issa tkun kbira setgħetu, sa trufijiet l-art. U dan ikun is-sliem!»
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.

- AUDIO -
- VIDEO GĦAT-TFAL -
Catholic Kids Media /  Djoċesi ta' Għawdex

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
Ir-raba’ ġimgħa tas-salterju
It-Tnejn 20 ta’ Diċembru: Ferja privileġġjata. Qari: Isaija 7:10-14; Salm 23:1-6; Hallelujah “O Muftieħ ta’ David”; Luqa 1:26-38.
It-Tlieta 21 ta’ Diċembru: Ferja privileġġjata / San Pietru Kanisju, Presbiteru u Duttur tal-knisja (TL). Qari: Għanja 2:8-14 jew Sofonija 3:14-18; Salm 32:2-3.11-12.20-21.
L-Erbgħa 22 ta’ Diċembru: Ferja privileġġjata. Qari: 1Samwel 1:24-28; Salm 1Samwel 2:1.4-8; Luqa 1:455.
Il-Ħamis 23 ta’ Diċembru: Ferja privileġġjata / San Ġwann ta’ Kety, Presbiteru (TL). Qari: Malakija 3:1-4.23-24; Salm 24:4-5.8-10.14; Luqa 1:57-66.
Il-Ġimgħa 24 ta’ Diċembru: Ferja privileġġjata. Qari: 2 Samwel 7:1-5.8-12.14.16; Salm 88:2-5.27.29; Luqa 16-:67-79.
Is-Sibt 25 ta’ Diċembru: It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu (S). Qari: Quddiesa tal-Vġili: Isaija 62, 1-5; Salm 88, 4-5.16-17.27.29; Atti 13, 16-17. 22-25; Mattew 1, 1-25.  Quddiesa ta’ Nofsillejl Isaija 9:1-6; Salm 95:1-3.11-13; Titu 2:11-14; Luqa 2:1-14; Quddiesa tas-Sebħ Isaija 62:11-12; Salm 96:1.6.11-12; Titu 3:4-7; Luqa 2:15-20; Quddiesa ta’ Binhar Isaija 52:7-10; Salm 97:1-6; Lhud 1:1-6; Ġwanni 1:1-18.

S = Solennità; TL = Tifkira Limitata.
Il-kulur tad-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.

ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content