Il-5 Ħadd tar-Randan - Sena Ċ
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija (43:16-21)
Dan jgħid il-Mulej, li fetaħ triq fil-baħar, mogħdija fl-ilmijiet qawwija; dak li ħareġ karrijiet u żwiemel, eżerċti u rġiel qalbiena f’daqqa; inxteħtu fl-art, biex aktar ma qamux; inħlew bħal ftila, u ntfew:
«La tiftakrux iżjed fi ġrajjiet l-imgħoddi; la taħsbux fuq dak li ġara qabel. Arawni, sejjer nagħmel ħaġa ġdida: feġġet issa; għadkom ma ttendejtux? Se niftaħ triq fix-xagħri, xmajjar fid-deżert. Ifaħħruni l-bhejjem selvaġġi, ix-xakalli u wlied in-ngħam, għax noħroġ l-ilma fix-xagħri, xmajjar fid-deżert, biex nisqi l-poplu tiegħi, il-maħtur tiegħi, il-poplu li sawwart għalija, biex ixandar it-tifħir tiegħi.»
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.
- AUDIO -
- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
L-ewwel ġimgħa tas-Salterju
■ It-Tnejn 7 ta’ April: Ferja tar-Randan. Qari: Dan 13:1-9.15-17.19-30.33-62; Salm 22:1-6; Ġwanni 8:12-20.
■ It-Tlieta 8 ta’ April: Ferja tar-Randan. Qari: Numri 21:4-9; Salm 101:2-3.16.18-21; Ġwanni 8:21-30.
■ L-Erbgħa 9 ta’ April: Ferja tar-Randan. Qari: Danjel 3:14-20.91-92.95; Salm Danjel 3:52-56; Ġwanni 8:31-42.
■ Il-Ħamis 10 ta’ April: Ferja tar-Randan. Qari: Ġenesi 17:3-9; Salm 104:4-9; Ġwanni 8:51-59.
■ Il-Ġimgħa 11 ta’ April: Ferja tar-Randan. Qari: Ġeremija 20:10-13; Salm 17:2-7; Ġwanni 10:31-42.
■ Is-Sibt 12 ta’ April: Ferja tar-Randan. Qari: Eżekjel 37:21-28; Salm Ġeremija 31:10-13; Ġwanni 11:45-56.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.