Il-5 Ħadd tar-Randan Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Il-5 Ħadd tar-Randan Ċ
IL-LIĠI TAL-MAĦFRA
 
Il-Kittieba u l-Fariżej kienu dejjem jiġru wara Ġesù iżda mhux biex jitgħallmu (huma kienu jafu kollox!), imma biex jaqbduh f’xi kelma u jixluh. Did-darba għandna episodju li jinsab biss fil-Vanġelu ta’ San Ġwann. Huwa u jgħallem fit-tempju kaxkrulu quddiemu mara li nqabdet f’adulterju. Ġabuha quddiemu biex jaraw jekk Ġesù jikkundannahiex bħalma titlob il-liġi ta’ Mosè, li nisa bħal dawk kienet tħaġġarhom. Ħaġa li ma tissemma mkien ħlief hawn hi dik li Ġesù, qisu bla ma ta kashom, tbaxxa lejn l-art u beda jikteb fit-trab. X’kiteb ma jingħadx, iżda dan it-taħżiż b’sebgħu fit-trab ifakkarna fl-għotja tal-għaxar kmandamenti lil Mosè li Alla kitibhom b’sebgħu fuq it-twavel tal-ġebel. Din il-mossa ta’ Ġesù turihulna bħala dak li jġedded u jipperfezzjona l-liġi ta’ Mosè billi ma jiktibhiex aktar fuq il-ġebel imma fuq il-qlub tal-laħam. Qed jgħidilna Ġesù: “Jekk trid tikkundanna, l-ewwel mur ħares lejn il-mera!” “Ħadd ma kkundannak? Mela lanqas jien ma nikkundannak.” Dawk li kienu mimlijin bid-dnubiet riedu jikkundannaw, imma dak li ma jafx x’inhu dnub ma kkundannax. Imma żied: “Mur, u mil-lum ’il quddiem tidnibx iżjed.”
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content