Go to content

Il-5 Ħadd tar-Randan - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
Il-5 Ħadd tar-Randan - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Eżekjel (37:12-14)

Hekk qal Sidi l-Mulej: “Ara, jiena niftaħ l-oqbra tagħkom, poplu tiegħi, u nġibkom lura f’art Israel.
Imbagħad tkunu tafu li jiena l-Mulej, meta niftaħ l-oqbra tagħkom u ntellagħkom mill-oqbra tagħkom, poplu tiegħi.
U jiena nqiegħed ruħi fikom, u terġgħu tieħdu l-ħajja. Inqegħedkom f’artkom u tkunu tafu li jiena l-Mulej. Hekk għedt, u hekk nagħmel.” Oraklu tal-Mulej.
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
L-ewwel ġimgħa tas-salterju

It-Tnejn 23 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan. Qari: Dan 13:1-9.15-17.19-30.33-62; Salm 22:1-3a.3b-4-6; Ġwanni 8:1-11.
It-Tlieta 24 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan. Qari: Numri 21:4-9; Salm 101:2-3.16.18-21; Ġwanni 8:21-30.
L-Erbgħa 25 ta’ Marzu: It-Tħabbira tal-Mulej (S). Qari: Isaija 7: 10-14.8:10; Salm 39: 7-11; Lhud 10: 4-10; Luqa 1: 26-38.
Il-Ħamis 26 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan. Qari: Ġenesi 17:3-9; Salm 104:4-9; Ġwanni 8:51-59.
Il-Ġimgħa 27 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan. Qari: Ġeremija 20:10-13; Salm 17:2-7; Ġwanni 10:31-42.
Is-Sibt 28 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan. Qari: Eżekjel 37:21-28; Salm Ġeremija 31:10-13; Ġwanni 11:45-56.

S = Solennità.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content