Il-5 Ħadd tar-Randan A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Il-5 Ħadd tar-Randan - Sena A
"EJJEW U TARAW"

Il-qawmien ta’ Lazzru nsibuh ftit qabel il-Passjoni ta’ Ġesù. Hu l-aħħar sinjal u l-aktar wieħed li qajjem għagħal, dak li saħħaħ il-fehma tas-Sanhedrin li Ġesù kien perikuluż u kien hemm il-ħtieġa li jarrestawh bla tlajjar.

Fir-rakkont straordinarju u kumpless ta’ San Ġwann, hemm silta li rrid nenfasizzaha. Meta Marta u Marija, ħut Lazzru, li kienu mdorrijin jilqgħu lill-Mulej f’darhom ta’ Betanja, saru jafu li kien hemm Ġesù, ħarġu mid-dar, iddisprati, u ntelqu f’idejn il-ħabib u l-Imgħallem. Naraw li fir-rakkont l-emozzjonijiet, ix-xhidiet tal-fidi taż-żewġ aħwa, iżda anki n-niket u l-uġigħ uman dejjem jogħlew. Meta Ġesù ra d-disperazzjoni taż-żewġ aħwa u tal-ġemgħa, tħawwad, u nfaqa’ jibki. Fil-bidu tal-Vanġelu lil Ġwanni u lil Indrì, dixxipli tal-Għammied, li bil-parir tal-profeta, bdew mexjin warajh u staqsewh fejn joqgħod, Ġesù weġibhom “ejjew u taraw” (Ġw 1: 39). Issa huwa Ġesù li jsir dixxiplu, li jistednuh biex imur. Bħallikieku sa dak iż-żmien ma kienx ra liema kobor ta’ niket iġġib il-mewt. Bħallikieku sa dak iż-żmien Alla ma kienx għadu fehem kemm tqajjem diqa l-mewt, kemm dwejjaq iġib il-luttu. Bħallikieku Alla ma jafx. Bħallikieku Alla kellu jitgħallem x’inhu l-uġigħ. Alla beka, tabilħaqq. U dak il-biki ħalliena b’ħalqna miftuħ. Dak il-biki jgħaġġibna, jheżżiżna, iqanqalna. Alla issa jaf x’inhu l-uġigħ.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content