Il-5 Ħadd tal-Għid - Sena Ċ
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli (14:21b-27)
F’dak iż-żmien, Pawlu u Barnaba reġgħu lura lejn Listra, Ikonju u Antjokja, jagħmlu l-qalb lid-dixxipli u jħeġġuhom biex jibqgħu fil-fidi, għaliex, kif kienu jgħidulhom, «jeħtiġilna nbatu ħafna biex nidħlu fis-Saltna ta’ Alla.»
Għamlulhom ukoll presbiteri f’kull Knisja, u bit-talb u s-sawm ħallewhom f’idejn il-Mulej, li fih kienu emmnu. Imbagħad għaddew minn Pisidja u ġew fil-Pamfilja. Wara li xandru l-kelma f’Perge, niżlu Attalija; minn hemm marru bil-baħar lejn Antjokja, mnejn kienu bagħtuhom u rrikkmandawhom f’idejn il-grazzja ta’ Alla għax-xogħol li temmew.
Meta waslu, laqqgħu l-membri tal-Knisja u qagħdu jgħarrfuhom b’dak kollu li Alla għamel magħhom, u wrewhom kif fetaħ il-bieb tal-fidi għall-pagani
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.
- AUDIO -
- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tielet ġimgħa tas-Salterju
■ It-Tnejn 2 ta’ Ġunju: Ferja tal-Għid / San Marċellinu u San Pietru, martri (T). Qari: Atti 19:1-8; Salm 67: 2-3.4-5aċ.6-7ab; Ġwanni 16:29-33.
■ It-Tlieta 3 ta’ Ġunju: San Karlu Lwanga u Sħabu, martri (TO). Qari: Atti 20:17-27; Salm 67:10-11.20-21; Ġwanni 17:1-11a.
■ L-Erbgħa 4 ta’ Ġunju: Ferja tal-Għid. Qari: Atti 20:28-38; Salm 67: 29-30.33-35a.35b-36ċ; Ġwanni 17:11b-19.
■ Il-Ħamis 5 ta’ Ġunju: San Bonifazju, isqof u martri (TO). Qari: Atti 22:30.23:6-11; Salm 15:1-2a.5.7-11; Ġwanni 17:20-26.
■ Il-Ġimgħa 6 ta’ Ġunju: Ferja tal-Għid / San Norbertu, isqof (T). Qari: Atti 25:13-21; Salm 102:1-2.11-12.19-20ab; Ġwanni 21:15-19.
■ Is-Sibt 7 ta’ Ġunju: Ferja tal-Għid. Qari: Atti 28:16-20.30-31; Salm 10:4-5.7; Ġwanni 21:20-25.
TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.