Il-5 Ħadd tal-Għid - Sena Ċ
INĦOBBU LIL ALLA, U ALLA JĦOBB FINA
«Nagħtikom kmandament ġdid: li tħobbu lil xulxin. Kif ħabbejtkom jiena, hekk ħobbu intom lil xulxin.» Kif sa nqiegħdu dan il-kmandament il-ġdid quddiem il-kmandament il-kbir li Ġesù wrieh lill-kittieb huwa u jkellmu dwar l-imħabba ta’ Alla u tal-proxxmu? Santu Wistin iwieġeb din il-mistoqsija. Il-Qaddis ta’ Ippona jwissi lill-fidili tiegħu dwar il-konklużjoni żbaljata li dan il-«kmandament il-ġdid» jidħol biex jieħu post il-kmandament il-kbir tal-imħabba ta’ Alla, u jfisser: «kull wieħed miż-żewġ kmandamenti jinsab fl-ieħor; għax min iħobb lil Alla, ma jistax ma jżommx il-preċett tiegħu li jħobb il-proxxmu; u min iħobb il-proxxmu bi mħabba sinċiera u qaddisa, min ikun iħobb fih jekk mhux lil Alla?» Meta nħobbu tabilħaqq, inħobbu lil Alla, inħobbu lil Alla u Alla jħobb fina. Mhux għaġeb, mela, li l-qalba tal-fidi Nisranija hija l-imħabba. L-essenza tal-Kristjaneżmu hi l-imħabba għax fl-imħabba l-qalb ta’ Alla u l-qalb tal-bniedem isiru ħaġa waħda.