Go to content

Il-5 Ħadd tal-Għid - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
Il-5 Ħadd tal-Għid - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli (6:1-7)

F’dawk il-jiem l-għadd tad-dixxipli kien qiegħed jiżdied; għalhekk sar xi tgergir mil-Lhud Griegi kontra l-Lhud, għax dehrilhom li ma kienx hemm min jieħu ħsieb ir-romol tagħhom fil-ministeru ta’ kuljum.
Għalhekk it-Tnax sejħu l-ġemgħa tad-dixxipli u qalulhom: «Mhux sewwa li aħna nħallu l-kelma ta’ Alla biex naqdu fl-imwejjed. Mela, l-aħwa, ħudu ħsieb u agħżlu minn fostkom sebat irġiel li għandhom isem tajjeb u li huma mimlijin bl-Ispirtu u bl-għerf, u nħallu din il-ħidma f’idejhom. U aħna nagħtu ruħna għat-talb u għall-ministeru tal-Kelma.»
Dan il-kliem għoġob lill-ġemgħa kollha; u għażlu lil Stiefnu, bniedem mimli bil-fidi u bl-Ispirtu s-Santu, lil Filippu, lil Prokoru, lil Nikanor, lil Timon, lil Parmena, u lil Nikola, prosèlita minn Antjokja. Lil dawn ressquhom quddiem l-appostli, li talbu u qiegħdu jdejhom fuqhom.
U l-kelma ta’ Alla kienet tixtered dejjem aktar; l-għadd tad-dixxipli kien jiżdied ħafna f’Ġerusalemm, u kotra kbira ta’ qassisin kienu joqogħdu għall-fidi.
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
L-ewwel ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 8 ta’ Mejju: Ferja tal-Għid. Qari: Atti 14:5-18; Salm 113b:1-2.3-4.15-16; Ġwanni 14:21-26.
It-Tlieta 9 ta’ Mejju: San Ġorġ Preca, presbiteru u fundatur tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, M.U.S.E.U.M. (F). Qari: Sirak 21:11-17.21; jew 2 Timotju 2:1-11; Salm 119:33-42; Mark 6:14a.16-20.
L-Erbgħa 10 ta’ Mejju:  Ferja tal-Għid / San Ġwann ta’ Avila, presbiteru u duttur tal-Knisja (T). Qari: Atti 15:1-6; Salm 121:1-2.3-4a.4b-5; Ġwanni 15:1-8.
Il-Ħamis 11 ta’ Mejju: Ferja tal-Għid. Qari: Atti 15:7-21; Salm 95:1-2a.2b-3.10; Ġwanni 15:9-11.
Il-Ġimgħa 12 ta’ Mejju: Ferja tal-Għid / San Nerew u San Akille, martri (T) / San Prankrazju, martri (T). Qari: Atti 15:22-31; Salm 56:8-9.10-12; Ġwanni 15:12-17.
Is-Sibt 13 ta’ Mejju: Ferja tal-Għid / L-Imqaddsa Verġni Marija ta’ Fatima (T). Qari: Atti 16:1-10; Salm 99:1-2.3.5; Ġwanni 15:18-21.

F = Festa; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content