Il-5 Ħadd tal-Għid - Sena A
IMMUR U NĦEJJILKOM POST
Il-Mulej jgħid: «Sejjer inħejjilkom fejn toqogħdu.» U wkoll: «Meta mmur u nħejjilkom post, nerġa’ niġi biex neħodkom miegħi biex, fejn inkun jien, tkunu intom ukoll.» Dawn il-versi ġagħluni naħseb f’ħabib saċerdot ta’ tmenin sena, kappillan ta’ erba’ parroċċi f’żona tal-muntanji. Nhar ta’ Ħadd iqaddes fid-diversi rħula li minnhom hu inkarigat. Fl-istaġuni kesħin, biex il-parruċċani ma jħossux bard fil-knisja, għad li hu kbir fl-età, imur fil-knejjes li hu fdat bihom xi siegħa qabel il-quddiesa biex jixgħel il-heaters. Inħobb insemmi dan il-fatt biex infisser il-kliem ta’ Ġesù f’dal-Vanġelu. Hu kliem li żgur jibqa’ misterjuż, iżda li fl-istess ħin juri l-misteru tal-imħabba ta’ Kristu li jħobbna bi mħabba li tieħu ħsieb u b’kura ta’ reqqa kbira. «Sejjer inħejjilkom fejn toqogħdu.» Fejn hu dal-post? Ġesù hu l-“post” tagħna. Aħna membri tiegħu. Hu l-għamara tagħna għand il-Missier, jekk ngħammru fih, ngħammru f’Alla u Alla fina.