Go to content

Trinita - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
It-Trinità Qaddisa - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Eżodu (34:4b-6.8-9)

F’dak iż-żmien, Mosè qam filgħodu kmieni, u tala’ fuq il-muntanja tas-Sinaj, kif kien ordnalu l-Mulej, u ħa f’idejh iż-żewġ twavel tal-ġebel.
Imbagħad il-Mulej niżel fi sħaba u waqaf hemm maġenbu; u xandar l-isem tal-Mulej. U l-Mulej għadda minn quddiemu u għajjat: «Jaħweh! Jaħweh! Alla li jagħder u jħenn; tqil biex jagħdab u kbir fit-tjieba u fil-fedeltà.»
Mosè minnufih inxteħet għal wiċċu fl-art, ta qima u qal: «Jekk jien tassew sibt ħniena quddiemek, Sidi, ħa jiġi Sidi ġo nofsna, nitolbok; għax dan hu poplu rasu iebsa. Aħfrilna ħżunitna u ħtijietna, u ħudna b’wirt għalik.»
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
L-ewwel ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 1 ta’ Ġunju: San Ġustinu, martri (TO). Qari: 2 Pietru 1:2-7; Salm 90:1-2.14-16; Mark 12:1-12.
It-Tlieta 2 ta’ Ġunju: Ferja / San Marċellinu u San Pietru, martri (T). Qari: 2 Pietru 3: 12-15a.17-18; Salm 89:2-4.10.14.16; Mark 12:13-17.
L-Erbgħa 3 ta’ Ġunju: San Karlu Lwanga u sħabu, martri (TO). Qari: 2 Timotju 1:1-3.6-12; Salm 122:1-2a.2bċd. Mark 12:18-27.
Il-Ħamis 4 ta’ Ġunju: Ferja. Qari: 2 Timotju 2: 8-15; Salm 24:4bċ-5ab.8-10; Mark 12:28b-34.
Il-Ġimgħa 5 ta’ Ġunju: San Bonifaċju, isqof u martri (TO). Qari: 2 Timotju 3:10-17; Salm 118:157.160.161.165.166.168; Mark 12:35-37.
Is-Sibt 6 ta’ Ġunju: Ferja / San Norbertu, isqof (T) / L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt (T). Qari: 2 Timotju 4:1-8; Salm 70:8-9.14-17.22; Mark 12:38-44.

TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.





ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content