Trinita A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-Trinità Mqaddsa - Sena A

IT-TRINITA MQADDSA - IMĦABBA ETERNA
Hekk jitkellem Ġesù fuq it-Trinità: «Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem. Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu.» Ma jitkellimx b’mod astratt li ħadd ma jifhmu, iżda b’mod konkret u sempliċi. Għandna għemil wieħed li hu muri bi tliet verbi: ħabb, ta u salva. Il-Missier iħobb lid-dinja fl-Ispirtu (li hu l-imħabba-persuna fil-qalb eterna ta’ Alla wieħed-u-tlieta) u jagħti lil Ibnu l-maħbub u l-Iben isalva. Din hi t-Trinità: rieda waħda, tliet ħidmiet distinti iżda mhux mifrudin li jġibu fis-seħħ din ir-rieda ta’ mħabba. Jekk ma tweġibx għal din l-imħabba, tixħet lilek innifsek f’dak li hu fieragħ, f’dak li ma jagħmilx sens, għax m’hemmx milja oħra ħlief dan il-bdil trinitarju u etern ta’ mħabba. Int maħbub bi mħabba konkreta, jalla t-tweġiba tiegħek ma tkunx astratta. Int maħbub bi mħabba eterna, titlifx żmien!



ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content