Trinita A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-Trinità Qaddisa - Sena A
ĦADD IT-TRINITÀ

Dwar Alla, sikwit, insawru idea ħażina ħafna. Kellna bżonn ta’ Ħadd biex nirriflettu fuq il-wiċċ ta’ Alla kif għarrafhulna Ġesù. Dan hu l-Ħadd, huwa Ħadd it-Trinità.

Irridu ż-żmien biex naħarbu x-xbieha ħażina ta’ Alla li nġorru fil-ġewwieni tagħna. U Israel għamel din il-mixja huwa u jsaffi twemminu bl-esperjenza. Alla tal-missirijiet ma kienx bħal dak tal-ġnus tal-qrib, kien aħjar minnhom. Imbagħad, bl-Eżodu, seħħet taqliba determinanti: Alla tal-missirijiet jindaħal, jaġixxi, juri ruħu, jagħmel patt, alleanza, żwieġ ma’ dan il-poplu ta’ mħawdin. Fis-silta sabiħa tal-lum insibu l-laqgħa bejn Alla u Mosè. Huwa r-rakkont tal-għotja tal-kelmiet, li nsibuh mill-anqas darbtejn fl-Eżodu. Qabel ma ta l-kelmiet, Alla jippreżenta ruħu: huwa l-fidil, il-ħanin, it-twajjeb, idum biex jagħdab u għani fil-grazzja. Il-liturġisti tagħna ħassru l-versett li fih jingħad: “li jikkastiga l-ħtijiet tal-missirijiet fl-ulied sat-tielet nisel.” Traduzzjoni ħażina għall-aħħar: poqèd ma tfissirx “ikkastiga”, iżda “ivverifika” (minn din il-kelma tnisslet il-kelma paquid, funzjonarju): il-patt jista’ jinkiser bla ma jixxejjen: jekk il-missirijiet jiksru, ikunu vverifikati l-ulied, biex tingħatalhom possibbiltà ġdida, biex jaraw jekk hemmx xi opportunità oħra ta’ fidwa.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content