Go to content

L-1 Ħadd tar-Randan - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
L-1 Ħadd tar-Randan - Sena Ċ
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tad-Dewteronomju (26:4-10)

Mosè kellem lill-poplu u qal: «Il-qassis imbagħad jilqa’ minn idejk il-qoffa, u jqegħedha quddiem l-altar tal-Mulej, Alla tiegħek. Inti mbagħad tgħid hekk quddiem il-Mulej, Alla tiegħek:
“Missieri kien minn Aram, jiġġerra minn post għal ieħor; imbagħad niżel l-Eġittu u għammar hemm. Żgħir kien l-għadd ta’ niesu, iżda hemmhekk sar poplu kbir, qawwi u kotran. L-Eġizzjani ħaqruna, għakksuna, għabbewna b’xogħol iebes; imma aħna għajjatna lill-Mulej, Alla ta’ missirijietna, u l-Mulej sama’ l-għajta tagħna, ra t-tgħakkis u t-tbatija u d-dwejjaq tagħna, u ħariġna l-Mulej mill-Eġittu, b’id qawwija, bi driegħ merfugħ, b’biża’ kbir, b’sinjali u b’għeġubijiet, u daħħalna f’dan il-post, tana din l-art, art tnixxi ħalib u għasel. U issa, ara, jiena ġibt l-ewwel frott tal-art li tajtni int, Mulej.”
U int tqiegħdu quddiem il-Mulej, Alla tiegħek, u tadura lill-Mulej, Alla tiegħek.»
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.

- AUDIO -

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
L-ewwel ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 10 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan. Qari: Levitiku 19:1-2.11-18; Salm 18:8-10.15; Mattew 25:31-46.
It-Tlieta 11 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan.  Qari: Isaija 55:10-11; Salm 33:4-7.16-19; Mark 6:7-15.
L-Erbgħa 12 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan. Qari: Ġona 3:1-10; Salm 50:3-4.12-13.18-19; Luqa 11:29-32.
Il-Ħamis 13 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan. Qari: Ester 4:12.14-16.23-25; Salm 137: 1-2a.2bċ-3.7ċ-8; Mattew 7:7-12.
Il-Ġimgħa 14 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan. Qari: Eżekjel 18:21-28; Salm 129: 1-2.3-4ab.4ċ-6.7-8; Mattew 5:20-26.
Is-Sibt 15 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan. Qari: Dewteronomju 26:16-19; Salm 118:1-2.4-5.7-8; Mattew 5:43-48.

Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.



ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content