L-1 Ħadd tal-Avvent - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija (2:1-5)
Il-kelma li ġiet f’dehra lil Isaija bin Amos, dwar Ġuda u Ġerusalemm. Għad jiġri fl-aħħar jiem li l-għolja tad-dar tal-Mulej togħla ’l fuq mill-qċaċet tal-muntanji, u tintrefa’ ’l fuq mill-għoljiet, lejha għad jiġru l-ġnus kollha.
Kotra ta’ popli għad jiġu u jgħidu: “Ħalli mmorru u nitilgħu fuq l-għolja tal-Mulej, lejn id-dar ta’ Alla ta’ Ġakobb, biex jgħallimna triqatu, u nimxu fil-mogħdijiet tiegħu.” Għax minn Sijon joħroġ it-tagħlim, u l-kelma tal-Mulej minn Ġerusalemm. Il-Mulej jagħmel il-ħaqq bejn il-ġnus, u jaqta’ s-sentenza bejn ħafna popli; u huma jibdlu x-xwabel tagħhom f’sikek tal-moħriet, u l-lanez tagħhom fi mnieġel. Ebda ġens ma jerfa’ x-xabla kontra ġens ieħor, u s-sengħa tal-gwerra ma jitgħallmuhiex iżjed. Ejja, dar Ġakobb, ħalli nimxu fid-dawl tal-Mulej!
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.
- AUDIO -
- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
L-ewwel ġimgħa tas-salterju
■ It-Tnejn 1 ta’ Diċembru: Ferja tal-Avvent. Qari: Isaija 4:2-6; Salm 121:1-9; Mattew 8:5-11.
■ It-Tlieta 2 ta’ Diċembru: Ferja tal-Avvent. Qari: Isaija 11:1-10; Salm 71:2.7-8.12-13.17; Luqa 10:21-24.
■ L-Erbgħa 3 ta’ Diċembru: San Franġisk Saverju, presbiteru (TO). Qari: Isaija 25:6-10a; Salm 22: 1-3a.3b-4.5.6; Mattew 15:29-37.
■ Il-Ħamis 4 ta’ Diċembru: Ferja tal-Avvent / San Ġwann Damaxxenu, presbiteru u duttur tal-Knisja (T). Qari: Isaija 26:1-6; Salm 117:1.8-9.19-21.25-27a; Mattew 7:21.24-27.
■ Il-Ġimgħa 5 ta’ Diċembru: Ferja tal-Avvent. Qari: Isaija 29:17-24; Salm 26:1.4.13-14; Mattew 9:27-31.
■ Is-Sibt 6 ta’ Diċembru: Ferja tal-Avvent / San Nikola, isqof (T). Qari: Isaija 30:19-21.23-26; Salm 146: 1-2.3-4.5-6; Mattew 9:35–10:1.6-8.
TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.