L-1 Ħadd tal-Avvent A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
L-1 Ħadd tal-Avvent - Sena A
NISHRU FL-ISTENNIJA TAL-MAĦBUB
L-ewwel Ħadd tal-Avvent jistedinna nishru fl-istennija tal-Maħbub, mhux bħal xi ħadd jistenna xi destin fatali, iżda b’sensiela ta’ atteġġamenti u konverżjonijiet li jħajruna għalihom mhux biss il-Vanġelu, iżda s-siltiet kollha tal-qari. Aħna msejħin biex ngħixu l-impenn għall-paċi u l-ġustizzjia. Hi l-ewwel silta li tqegħedna quddiem il-kooperazzjoni tagħna b’risq il-miġja tal-Prinċep tal-paċi: «Huma jbiddlu x-xwabel tagħhom f’sikek tal-moħriet, u l-lanez tagħhom fi mnieġel. Ebda ġens ma jerfa’ x-xabla kontra ġens ieħor, u s-sengħa tal-gwerra ma jitgħallmuhiex iżjed» (Is 2:4). Stedina li tkompli ma’
din jagħtihielna s-salm li jħeġġiġna nħejju ruħna bil-ferħ ta’ mixja lejn id-dar ta’ Alla. Pawlu, fl-Ittra lir-Rumani, jistedinna nħejju ruħna bil-ftuħ ta’ qlubna biex nilbsu lil Kristu. Jekk inħarsu sewwa, naraw li dan kollu donnu stedina għas-sahra bħalma tishar mara fl-istennija, bħal ħabsi jistenna l-ħelsien, bħal maħbub li f’kamra mimlija daqs bajda bin-nies jistenna li ħarset il-maħbuba tiltaqa’ ma’ tiegħu... Hija sahra li tbiddel għax kull wieħed jiswa daqs dak li jkun jistenna.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content