Go to content

It-3 Ħadd tar-Randan - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
It-3 Ħadd tar-Randan - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Eżodu (17:3-7)

F’dak iż-żmien, il-poplu qabdu l-għatx, u gemgem kontra Mosè u qal: «Għalfejn tellajtna hawn mill-Eġittu biex toqtol lilna, lil uliedna u lill-bhejjem tagħna bil-għatx?»
Mosè għajjat quddiem il-Mulej u qal: «X’sa nagħmel lil dan il-poplu? Ftit ieħor u jħaġġruni.»
Il-Mulej qal lil Mosè: «Għaddi minn quddiem il-poplu, u ħu miegħek xi wħud mix-xjuħ ta’ Israel. Ħu f’idejk il-ħatar li bih kont drabt ix-xmara tan-Nil, u mur. Arani, jien noqgħod hemm quddiemek, fuq il-blat f’Ħoreb; u int aħbat il-blat u toħroġ minnu l-ilma, u jixrob il-poplu.»
U Mosè għamel hekk quddiem ix-xjuħ ta’ Israel. U l-post semmewh Massa u Meriba, għax hemm tlewmu wlied Israel u ġarrbu lill-Mulej meta qalu: «Il-Mulej fostna jew le?»
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tielet ġimgħa tas-salterju

It-Tnejn 9 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan. Qari: 2Slaten 5:1-15; Salm 41:2-3.42:3-4; Luqa 4:24-30.
It-Tlieta 10 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan. Qari: Danjel 3:25.34-43; Salm 24:4bċ-5ab.6-7bċ.8-9; Mattew 18:21-35.
L-Erbgħa 11 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan. Qari: Dewteronomju 4:1.5-9; Salm 147:12-13.15-16.19-20; Mattew 5:17-19.
Il-Ħamis 12 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan. Qari: Ġeremija 7:23-28; Salm 94:1-2.6-9; Luqa 11:14-23.
Il-Ġimgħa 13 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan. Qari: Ħosegħa 14:2-10; Salm 80:6ċ-8.9-11.14.17; Mark 12:28b-34.
Is-Sibt 14 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan. Qari: Ħosegħa 6:1-6; Salm 50:3-4.18-21; Luqa 18:9-14.

Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content