It-3 Ħadd tar-Randan - Sena A
NIXXIEGĦA TAL-ILMA ĦAJ
Sikar hi dik l-esperjenza li fiha lill-għatx tiegħek tagħtih isem, anzi, meta hu jfissirlek x’inhu l-għatx tiegħek u inti tifhem li l-għatx tiegħek hu sewwasew ix-xewqa għalih. «Sewwa għidt, “ma għandix żewġi.” Inti żżewwiġt ħames darbiet, u r-raġel li għandek miegħek bħalissa mhuwiex żewġek. Sewwa weġibt!» Lil hinn minn kull esperjenza u f’kull esperjenza li ngħaddu minnha, hemm żwieġ f’qalbna li jsejjaħ lill-Għarus. Il-ħtiġijiet tagħna huma l-għassiesa li, jekk nisimgħuhom sew, ifakkruna li aħna xewqa. U x-xewqa mhi xejn għajr it-tifkira li m’aħniex magħmulin għalina nfusna, iżda għall-Maħbub. M’aħniex magħmulin biex nippossedu, iżda biex ningħataw, biex “naljenaw ruħna” minn din id-dinja ċkejkna tagħna, biex ninfetħu għall-infinit ta’ Alla. Aħna magħmulin biex inħallu l-ġarra għaliex fina hemm in-Nixxiegħa tal-Ilma ħaj. Aħna msejħin biex insiru missjunarji ta’ Mħabba li tgħidilna kollox dwarna nfusna, turi – kif jgħallem il-Konċilju Vatikan II – lill-bniedem lilu nnifsu.