It-3 Ħadd tal-Avvent - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija (35:1-6a.10)
Ħa jifirħu d-deżert u l-art maħruqa; ħa jifraħ ix-xagħri u jwarrad, ħa jwarrad bħar-ranġis. Ħa tifraħ fuq li tifraħ, taqbeż u tgħanni. Sebħ il-Libanu jingħata lilha, il-ġmiel tal-Karmel u ta’ Saron. Għad jaraw is-sebħ tal-Mulej, il-ġmiel ta’ Alla tagħna.
Qawwu l-idejn mitruħa; saħħu l-irkupptejn imriegħda. Għidu lil dawk b’qalbhom imbeżżgħa: “Agħmlu l-ħila, la tibżgħux! Araw, Alla tagħkom ġej jitħallas; il-ħlas ta’ Alla wasal; Hu stess ġej biex isalvakom.”
Imbagħad jinfetħu għajnejn l-għomja, jinfetħu widnejn it-torox. Imbagħad iz-zopp jaqbeż bħal għażżiela u lsien l-imbikkma jinħall bil-ferħ.
Jerġgħu lura l-mifdijin tal-Mulej, u jidħlu f’Sijon jgħajtu bil-ferħ, b’ferħ ta’ dejjem fuq rashom. Il-ferħ u l-hena jiksbu, u jgħibu swied il-qalb u l-krib.
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.
- AUDIO -
- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tielet ġimgħa tas-salterju
■ It-Tnejn 15 ta’ Diċembru: Ferja tal-Avvent. Qari: Numri 24:2-7.15-17a; Salm 24:4bċ-5ab.6-7bċ.8-9; Mattew 21:23-27.
■ It-Tlieta 16 ta’ Diċembru: Ferja tal-Avvent. Qari: Sofonija 3:1-2.9-13; Salm 33:2-3.6-7.17-18.19 u 23; Mattew 21:28-32.
■ L-Erbgħa 17 ta’ Diċembru: Ferja tal-Avvent. Qari: Ġenesi 49:2.8-10; Salm 71:1-2.3-4ab.7-8.17; Hallelujah: “O Għerf tal-Għoli”; Mattew 1:1-17.
■ Il-Ħamis 18 ta’ Diċembru: Ferja tal-Avvent. Qari: Ġeremija 23:5-8; Salm 71:2.12-13.18-19; Hallelujah: “O Mexxej tad-dar ta’ Iżrael”; Mattew 1:18-24.
■ Il-Ġimgħa 19 ta’ Diċembru: Ferja tal-Avvent. Qari: Mħallfin 13:2-7.24-25a; Salm 70: 3-4a.5-6ab.16-17; Hallelujah: “O Għerq ta’ Ġesse”; Luqa 1:5-25.
■ Is-Sibt 20 ta’ Diċembru: Ferja tal-Avvent. Qari: Isaija 7:10-14; Salm 23:1-2.3-4ab.5-6; Hallelujah: “O Muftieħ ta’ David”; Luqa 1:26-38.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.