It-3 Ħadd tal-Avvent A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-3 Ħadd tal-Avvent - Sena A
IR-RAĠUNI TAL-FERĦ TAGĦNA
Il-Ħadd hekk imsejjaħ Gaudete (tal-ferħ). Aħna u nisimgħu dil-kelma – il-ferħ – jiġuna f’moħħna bosta versi tat-Tesment il-Ġdid li jsemmu dan il-ferħ speċjali li jagħtih Ġesù. Infakkru l-ftuħ tal-Ewwel Ittra ta’ San Ġwann li jgħidilna li l-Appostli jxandru dak li raw b’għajnejhom, li lejh ħarsu u li messew b’idejhom biex jaqsmu l-ferħ u dan ikun sħiħ… Dan il-ferħ tat-Testment il-Ġdid huwa d-diwi ta’ dak li hemm fir-rabta ma’ Alla fit-Testment il-Qadim, l-aktar nett fil-Ktieb tas-Salmi: «Int nissilt l-hena f’qalbi, aktar mill-kotra talqamħ u l-inbid tagħhom” (S 4:8). Alla biss jista’ jagħti l-ferħ veru u sħiħ. L-għadu jista’ jagħtih taħt għamliet foloz ta’ pjaċiri li jħallu l-imrar. Ir-raġuni hi sempliċi: inħossu l-ferħ veru meta nkunu maħbubin għal dak li aħna, fit-taqbid tagħna, fil-waqgħat u r-rebħiet tagħna. Inħossuna ferħanin meta l-faqar tagħna ma jkunx ta’ piż għall-oħrajn. Din hi sewwasew ir-raġuni tal-ferħ ta’ dan il-Ħadd: hu ġie biex l-għomja jibdew jaraw, iz-zopop jimxu, l-imġiddmin jissaffew, it-torox jisimgħu, il-mejtin iqumu u lill-fqajrin tixxandar il-Bxara t-Tajba.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content