Ir-4 Ħadd tal-Avvent - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija (7:10-14)
F’dak iż-żmien, il-Mulej issokta jkellem lil Aħaż u jgħidlu: «Itlob sinjal għalik mingħand il-Mulej, Alla tiegħek, f’qiegħ l-art jew fl-għoli tas-smewwiet.»
U Aħaż wieġeb: «Ma nitlobx: ma rridx nittanta lill-Mulej.»
U l-profeta wieġeb: «Isimgħu, mela, dar David! Mhux biżżejjed għalikom li tkiddu lill-bnedmin, biex issa se tkiddu lil Alla tiegħi? Għalhekk is-sinjal jagħtihulkom Sidi stess: Araw, ix-xebba titqal u tiled iben, u ssemmih Għimmanu-El.»
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.
- AUDIO -
- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tielet ġimgħa tas-salterju
■ It-Tnejn 22 ta’ Diċembru: Ferja tal-Avvent. Qari: 1 Samwel 1:24-28; Salm: 1 Samwel 2: 1.4-5.6-7.8abċd; Hallelujah: “O Sultan tal-ġnus”; Luqa 1:46-55.
■ It-Tlieta 23 ta’ Diċembru: Ferja tal-Avvent. Qari: Malakija 3:1-4.23-24; Salm 24:4bċ-5ab.8-9.10 u 14; Hallelujah: “O Għimanu-El”; Luqa 1:57-66.
■ L-Erbgħa 24 ta’ Diċembru: Ferja tal-Avvent. Qari: 2 Samwel 7:1-5.8b-12.14a.16; Salm 88: 2-3.4-5.27 u 29; Hallelujah: “O Xemx tielgħa”; Luqa 1:67-79.
■ Il-Ħamis 25 ta’ Diċembru: It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu (S). Qari: Quddiesa ta’ Nofsillejl Isaija 9:1-6; Salm 95:1-2a.2b-3.11-12.13; Titu 2:11-14; Lq 2:1-14. Quddiesa tas-Sebħ Isaija 62:11-12; Salm 96:1.6.11-12; Titu 3:4-7; Lq 2:15-20. Quddiesa ta’ Binhar Isaija 52:7-10; Salm 97: 1.2-3ab.3ċd-4.5-6; Lhud 1:1-6; Ġwanni 1:1-18.
■ Il-Ġimgħa 26 ta’ Diċembru: San Stiefnu, protomartri (F). Qari: Atti 6:8-10; 7:54-59; Salm 30: 3cd-4.6ab.7b.8a.16; Mattew 10:17-22.
■ Is-Sibt 27 ta’ Diċembru: San Ġwann, appostlu u evanġelista (F). Qari: 1 Ġwanni 1:1-4; Salm 96: 1-2.5-6.11-12; Ġwanni 20:2-8.
S = Solennità; F = Festa.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.