Ir-4 Ħadd tal-Avvent A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Ir-4 Ħadd tal-Avvent - Sena A
KEMM HU KBIR SAN ĠUŻEPP!
It-twelid ta’ Ġesù fi ħsieb Ġużeppi, il-bniedem tajjeb. Wieħed li ma jiġġudikax skont dak li jidher iżda li jaf jinżel fil-qiegħ tas-sitwazzjoni, li jaf iħares bil-qalb.

Huma ż-żewġ taħbiriet fil-Vanġeli. Waħda ta’ San Luqa, l-oħra ta’ San Mattew. U għandhom jingħaqdu flimkien, għax Alla jkellem lil koppja. Koppja sabiħa, koppja ta’ nies li jinħabbu u jixtiequ jgħixu flimkien. Iżda Alla jaf sew li l-mod kif jgħixu l-fidi l-irġiel u n-nisa għandu sfumaturi differenti, jimxu fi trejqiet għalihom. Illum Mattew jirrakkontalna l-verżjoni ta’ Ġużeppi li biex jemmen u jikber kellu jinżel minn fuq għolja. Isir jaf li l-għarusa mwiegħda tiegħu ħarġet tqila u hu biss jaf li dak li hemm fiha mhuwiex tiegħu. U għadda lejl bla rqad. Bħala Lhudi tajjeb, fidil lejn il-Liġi, kellu jxandar il-fatt, u jikkundanna lil Marija għat-tħaġġir jew, aktar probabbli, għall-għajb ta’ dejjem. Fl-aħħar qatagħha li jsalvaha, imma biex jagħmel dan kellu jigdeb. Huwa ta l-preċedenza lill-imħabba u lis-sens komun tal-Liġi ta’ Alla. Iżda dan u sewwasew dak li jrid Alla, umanità sħiħa, li ma tistaħbiex wara l-Liġi, anki jekk hi dik ta’ Alla. U billejl anġlu jserraħlu moħħu. Anki jekk kollox jidher stramb, hu sewwasew dak li jrid Alla. Kemm hu kbir San Ġużepp!
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content