Ir-4 Ħadd tal-Avvent A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Ir-4 Ħadd tal-Avvent - Sena A
IMPOSSIBBLI TFISSER POSSIBBLI
X’jipproponi Alla lil Ġużeppi li kien inkwetat b’dak li ġie fuqu bla mistenni? Missier u mhux, kellu jħares u jipprovdi! Ma tahx soluzzjonijiet faċli! Alla tah ir-rahan ta’ preżenza, il-preżenza ta’ dak li «jishar fuq kelmtu biex isseħħ.» Nikbru fil-fidi meta nibdew inneħħu mid-dizzjunarju tagħna t-tifsiriet żbaljati. Kelma żbaljata mifruxa mhux ħażin hi: “diffiċli”, “żbaljat”, “impossibbli”. Dawn ma jfissrux l-istess! “Diffiċli” kultant tfisser “meħtieġ”. Hekk kif “faċli” kultant tfisser “telfien” (ara Mt 7:13-14). Dak li jiswa tabilħaqq hu l-qbil tal-qalb mal-Maħbub li jsejjaħ, li tkun miegħu. Dan kultant jitlob is-solitudni tal-Ġetsemani u l-għajta tal-Golgota (mhux barra minn postu li dan insemmuh ukoll fl-Avvent). Il-ħaġa żgura hi li Alla jagħmel il-mirakli hemm ukoll, għax jista’ jagħmel li t-tbissima sfurzata tiegħek tnibbet tama mhux mistennija f’xi qalb li tiltaqa’ magħha. «Alla hu magħna,» din hi l-wegħda: jekk inti ma’ Alla, tibżax, għax fid-dizzjunarju tiegħu, “impossibbli” tfisser “possibbli”.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content