It-Tifkira Solenni tal-Ġisem u d-Demm ta' Kristu - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tad-Dewteronomju (8:2-3.14b-16a)
F’dak iż-żmien, Mosè kellem lill-poplu u qal: “Ftakar fil-mixja kollha li mexxiek il-Mulej, Alla tiegħek, matul dawn l-erbgħin sena fid-deżert, biex iċekknek u jġarrbek, ħalli jkun jaf x’għandek f’qalbek, jekk tridx toqgħod għall-kmandamenti tiegħu jew le.
Huwa ċekknek, ried li tbati l-ġuħ, imbagħad temgħek il-manna, li la int u lanqas missirijietek ma kontu qatt tafu biha, biex jurik li mhux bil-ħobż biss jgħix il-bniedem, imma b’dak kollu li joħroġ minn fomm il-Mulej, b’dan jgħix il-bniedem.
Qis li ma titkabbarx qalbek u tinsa l-Mulej, Alla tiegħek, li ħarġek mill-art tal-Eġittu, mill-art tal-jasar. Hu li mexxiek fid-deżert kbir u jwaħħax, mimli sriep velenużi u skorpjuni, art niexfa bla ilma xejn, li ħariġlek l-ilma mill-blata taż-żnied, li temgħek il-manna fid-deżert, li missirijietek ma kienu jafu biha xejn.”
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.
- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tieni ġimgħa tas-salterju
■ It-Tnejn 8 ta’ Ġunju: Ferja. Qari: 1 Slaten 17:1-6; Salm 120:1-8; Mattew 5:1-12.
■ It-Tlieta 9 ta’ Ġunju: Ferja / San Efrem, djaknu u duttur tal-Knisja (T). Qari: 1 Slaten 17:7-16; Salm 4:2-5.7-8; Mattew 5:13-16.
■ L-Erbgħa 10 ta’ Ġunju: Ferja. Qari:1 Slaten 18:20-39; Salm 15:1-2a.4.5.8.11; Mattew 5:17-19.
■ Il-Ħamis 11 ta’ Ġunju: San Barnaba, appostlu (TO). Qari: Atti 11:21-26.13:1-3; Salm 97:1-6; Mattew 10:7-13.
■ Il-Ġimgħa 12 ta’ Ġunju: Il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù (S). Qari: Dewteronomju 7:6-11; Salm 102:1-4.6-8.10.17; 1 Ġwanni 4:7-16; Mattew 11:25-30.
■ Is-Sibt 13 ta’ Ġunju: Il-Qalb bla Tebgħa tal-Imqaddsa Verġni Marija (TO). Qari: 1 Slaten 19:19-21; Salm 15:1-2a.5.7-10; Mattew 5:33-37.
TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira; S = Solennità.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.