Corpus A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Il-Ġisem u d-Demm Għażiż tal-Mulej - Sena A

L-EWKARISTIJA TIĠI BIEX TEĦLISNA
«Duwa tal-ħajja», hekk isejjaħ lil Ġesù Sant’Efrem is-Sirjan, l-aktar nett meta jitkellem fuq l-Ewkaristija. L-espressjoni tfisser tajjeb ir-realtà li kliem Ġesù juri f’dal-Vanġelu: «Ma jkollkomx il-ħajja fikom.» Il-ħajja fina hi nieqsa. U dan mhuwiex ġudizzju meħud addoċċ jew pessimista fuq ħajjet il-bniedem. Ilkoll nafu kemm il-ħajja hi biss nifs. Hekk ukoll, nafu kemm il-ħajja ġewwiena tagħna hi dgħajfa u inkonsistenti. Jekk inħarsu sew, naraw li ma għandniex milja ta’ ħajja għax ma għandniex milja ta’ mħabba. Ma għandniex ħajja għax ma nagħtuhiex. Fl-istess ħin, nistgħu ngħidu li ma għandniex ħajja u għalhekk ma nagħtuhiex. L-Ewkaristija tiġi biex teħlisna minn dan iċ-ċirku vizzjuż. «Min jiekol ġismi u jixrob demmi, jibqa’ fija u jiena fih.» Lilna li ma għandniex ħajja fina nfusna, il-Ħajja tiġi biex tagħtina lilna nfisha. Ejjew nersqu b’dan l-għarfien meta nieħdu sehem mill-unika mejda: tal-kelma u tal-Ewkaristija.



ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content