It-Trinità Qaddisa - Sena B
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tad-Dewteronomju(4:32-34.39-40)
Mosè kellem lill-poplu u qal: «Staqsi liż-żminijiet tal-imgħoddi, iż-żminijiet ta’ qabel, sa minn mindu Alla ħalaq il-bniedem fuq l-art, fittex minn tarf għall-ieħor tas-sema, u ara kienx hemm ġrajja hekk kbira bħal din, jew qattx instemgħet oħra bħalha. Qatt kien hemm poplu li sama’ leħen Alla jitkellem minn ġon-nar - bħalma smajt int - u baqa’ ħaj?
Jew qatt xi alla fittex li jagħżel għalih poplu minn fost poplu ieħor b’tiġrib, b’sinjali, b’għeġubijiet, b’taqbid, b’id qawwija u bi driegħ merfugħ, b’għemejjel kbar tal-biża’, bħalma għamel għalik quddiem għajnejk fl-Eġittu l-Mulej, Alla tiegħek?
Mela, kun af illum, u żommha f’moħħok, li l-Mulej hu tassew Alla, kemm fl-għoli tas-sema kemm hawn isfel fuq l-art, u li ma hawnx ieħor għajru. Ħares, għalhekk, l-ordnijiet u l-kmandamenti tiegħu li sa nagħtik illum biex ikollok risq, int u wliedek warajk, ħalli tgħix żmien twil fuq l-art li l-Mulej, Alla tiegħek, sa jagħtik għal dejjem.»
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
Ir-raba’ ġimgħa tas-Salterju
■ It-Tnejn 27 ta’ Mejju: Ferja / Santu Wistin ta’ Canterbury, isqof (T). Qari: 1 Pietru 1:3-9; Salm 110:1-2.5-6.9 u 10ċ; Mark 10:17-27.
■ It-Tlieta 28 ta’ Mejju: Ferja. Qari: 1 Pietru 1:10-16; Salm 97:1.2-3ab.3ċ-4; Mark 10:28-31.
■ L-Erbgħa 29 ta’ Mejju: Ferja / San Pawlu VI, papa (T). Qari: 1 Pietru 1:18-25; Salm 141:12-13.14-15.19-20; Mark 10:32-45.
■ Il-Ħamis 30 ta’ Mejju: Ferja. Qari: 1 Pietru 2:2-5.9-12; Salm 99:2-5; Mark 10:46-52.
■ Il-Ġimgħa 31 ta’ Mejju: Iż-Żjara tal-Imqaddsa Verġni Marija (F). Qari: Sofonija 3:14-18; jew Rumani 12:9-16; Salm Isaija 12:2-6; Luqa 1:39-56.
■ Is-Sibt 1 ta’ Ġunju: San Ġustinu, martri (TO). Qari: Ġuda 17:20b-25; Salm 62:2-6; Mark 11:27-33.
F = Festa; TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.