IT-TRASFIGURAZZJONI TAL-MULEJ
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Danjel (7: 9-10.13-14)
Jien, Danjel, kont qiegħed inħares, meta tqiegħdu xi tronijiet, u wieħed Xiħ fil-għomor qagħad bilqiegħda; ilbiesu abjad silġ, u xuxtu bajda suf; ilsna tan-nar it-tron tiegħu, nar iħeġġeġ ir-roti tiegħu; xmara ta’ nar kienet għaddejja, ħierġa minn quddiemu; eluf ta’ eluf kienu jaqduh, u għaxart elef ta’ għaxriet ta’ eluf weqfin quddiemu.
Il-Qorti qagħdet bilqiegħda, u l-kotba nfetħu. Billejl deherli li qiegħed nara bħal Iben ta’ Bniedem, ġej fis-sħab tas-sema, li baqa’ sejjer sax-Xiħ fil-għomor u tressaq quddiemu. U lilu ngħatat ħakma, gieħ u saltna, biex lilu jaqdi kull ġens u poplu u lsien. Il-ħakma tiegħu ħakma għal dejjem, li ma tgħaddix, u s-saltna tiegħu li ma tinqeridx.
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tieni ġimgħa tas-Salterju
■ It-Tnejn 7 ta’ Awwissu: Ferja / San Sistu II, papa u sħabu, martri (T) / San Gejtanu, presbiteru (T). Qari: Numri 11:4b-15; Salm 80:12-13.14-15.16-17; Mattew 14:22-36.
■ It-Tlieta 8 ta’ Awwissu: San Duminku, presbiteru (TO). Qari: Numri 12:1-13; Salm 50:3-4.5-6a.6bċ-7.12-13; Mattew 15:1-2.10-14.
■ L-Erbgħa 9 ta’ Awwissu: Santa Tereża Benedetta tas-Salib (Edith Stein), verġni u martri, patruna tal-Ewropa (F). Qari: Ħosegħa 2:16b.17b.21-22; Salm 44:11-12.14-17; Mattew 25:1-13.
■ Il-Ħamis 10 ta’ Awwissu: San Lawrenz, djaknu u martri (F). Qari: 2 Korintin 9:6-10; Salm 111:1-2.5-9; Ġwanni 12:24-26.
■ Il-Ġimgħa 11 ta’ Awwissu: Santa Klara, verġni (TO). Qari: Dewteronomju 4:32-40; Salm 76:12-13.14-15.16.21; Mattew 16:24-28.
■ Is-Sibt 12 ta’ Awwissu: Ferja / Santa Ġovanna Franġiska de Chantal, reliġjuża (T) / L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt (T). Qari: Dewteronomju 6:4-13; Salm 17:2-3a.3bċ-4.47 u 5ab; Mattew 17:14-20.
F = Festa; TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.