Trasfigurazzjoni - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-Trasfigurazzjoni tal-Mulej
IL-KOBOR TAT-TRASFIGURAZZJONI TAL-MULEJ
Kif sa niċċelebraw it-trasfigurazzjoni? Billi niftakru f’waqt kważi surreali li jmur lil hinn mill-istorja? Jekk nagħmlu hekk naqgħu fl-iżball ta’ Pietru. Fis-sewwa jiddispjaċini nitħaddet fuq “żball”, għax il-fehma ta’ Pietru kienet tajba, anzi ta’ min jimitaha… iżda b’bidla ċkejkna. Minn hawn u ftit ieħor nitkellem dwar l-“iżball”, imma sadattant ejjew nirriflettu fuq liema ħaġa għandna nimitaw lil Pietru. Il-prinċep tal-Appostli għand jkun imitat fl-għarfien tiegħu tal-kobor tat-trasfigurazzjoni tal-Mulej fl-istorja tagħna. Pietru jieqaf u jistedinna nieqfu biex nagħrfu l-mogħdija tal-Mulej mibdul u jbiddel anki fil-mixjiet maqtugħa u bla sura tal-eżistenza tagħna. Mela fejn hu l-iżball? Jekk naħsbu li għandna nieqfu hemm, u nwaqqfu t-tined. Nifirdu t-trasfigurazzjoni mir-realtà, meta nafu li t- trasfigurazzjoni għandha ddawwal ir-realtà. Din hi t-tifsira ta’ din il-festa: inħarsu lejn id-dinja b’għajnejn il-Missier. Nagħtu spazju lid-dawl tal-Mulej fil-chiaroscuro tal-ħajja ta’ kuljum. Nitilgħu fuq l-għolja u ninżlu minnha b’qalba mibdula biex inwasslu d-dawl ta’ Kristu fid-dinja.


ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content